MediaToday

Aħbarijiet | 20 ta’ April 2008 Nr 77

Kienu jbagħbsu ċilindri tal-gass biex jimlew ċilindri oħra

Distributur tal-gass u assistent tiegħu mressqa l-Qorti

Julia Farrugia
jfarrugia@mediatoday.com.mt
Peter Borg minn Birżebbuġa u Maurizio Mangion minn Raħal Ġdid tressqu l-Qorti b’urġenza akkużati b’reat ta’ frodi u b’ibbottiljar illegali ta’ ċilindri tal-gass.
L-irġiel li huma distributur tal-gass u l-assistent tiegħu qed ikunu akkużati li f’maħżen fil-limiti ta’ San Anard f’Ħaż Żabbar kienu qed iwettqu din l-attività illegali.
Il-Pulizija mill-Iskwadra Speċjali tal-Pulizija rnexxielhom ikissru dan iċ-ċirku illegali hekk kif f’maħżen sabu numru kbir ta’ ċilindri tal-gass li kellhom is-siġilli maqtugħa. Fl-istess bini nstabu wkoll siġilli ġodda kif ukoll diversi mwieżen li allegatament kienu jintużaw f’din l-attività. Il-każ għadda f’idejn investigaturi mill-Iskwadra tal-Investigazzjonijiet Kriminali li pproċedew bl-istħarriġ tagħhom.
Jidher li f’din il-ħidma klandestina kienu qed jinkissru s-siġilli taċ-ċilindri, jinsteraq ammont ta’ gass minn kull tank u dan jintuża biex jimtlew ċilindri vojta. B’dan il-mod il-konsumatur kien qed jinsteraq għaliex meta jixtri ċilindru tal-gass kien qed jieħu prodott b’inqas kontenut.
Dan minbarra l-problema għal ħajjet u għal saħħet persuni li jkunu għaddejja minn ħdejn il-maħżen f’każ li kieku kien hemm xi splużjoni jew ħruġ ta’ gass.
Il-bierah id-distributur tal-gass u l-assistent tiegħu tressqu l-Qorti fejn wieġbu li mhux ħatja ta’ l-akkużi.
Huma talbu biex sakemm jibda jinstema’ l-każ tagħhom jingħataw il-libertà proviżorja. It-talba tagħhom intlaqgħet taħt numru ta’ kundizzjonijiet fosthom b’garanzija personali ta’ €3,000 kull wieħed u jiffirmaw kull ġimgħa fl-għasses tal-pulizija fil-lokal rispettiv tagħhom.
Lura fl-2006 din il-gazzetta investigat sensiela ta’ ilmenti ta’ ċilindri tal-gass li kienu jiżnu saħansitra tliet kilogrammi inqas milli suppost. Dak iż-żmien l-Enemalta kienet qalet lil Illum li ċ-ċilindri kollha jintiżnu qabel ma joħorġu għand id-distributuri. L-Enemalta kienet issuġġeriet ukoll li f’każ li konsumatur ikollu dubju għandu jitlob lid-distributur biex jiżinlu ċ-ċilindru bil-miżien li kull distributur bil-liġi obbligat iġorr fit-trakk.
http://www.illum.com.mt/2006/11/26/t9.html
http://www.illum.com.mt/2006/12/10/t10.html

Intervista
Il-kelma ta’ George

Julia Farrugia tintervista lil George Vella


Editorijal
Tolleranza zero


Il Punt
Għad it-teknoloġija toqtol il-Ktieb?
Sergio Grech


Toni u Peppi
Il-bullying fuq l-għalliema



Emmanuel Micallef
Riforma soċjali


Carmelo Mifsud Bonnici

Staġun politiku ġdid



X'kien Jgħid
Konkors ta’ sbuħija



Wenzu Mintoff

Qamar il-għasel
Fix-xhur u l-ġimgħat ta’ qabel l-elezzjoni ġenerali għaddejna litteralment minn blitz medjatiku, bumbardament kontinwu ta’ politikanti li għamlu tabirruħhom li xtaqu sinċerament jikkomunikaw mal-poplu b’kull mezz possibbli, speċjalment dawk li għalihom kollox hu possibbli.


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan