Ittri | 20 ta’ April 2008 Nr 77
Minn David Pisani
Żminijietna - Leħen ix-Xellug,
Valletta
Żminijietna - Leħen ix-Xellug qed tappella lill-Gvern u lill-membri Maltin tal-Parlament Ewropew biex jopponu l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal żieda fl-użu ta’ biofuels fl-Unjoni Ewropea.Dan minħabba l-impatt negattiv li qed iħalli l-produzzjoni tal-biofuels f’oqsma soċjali u ekoloġiċi fuq skala dinjija.
Skond l-aħħar proposti għall-bidla fil-klima l-mexxejja ta’ l-UE huma kommessi li jżidu l-użu tal-biofuels għat-trasport minn tnejn fil-mija għal 10 fil-mija sa l-2020. Bħalissa rappreżentanti ta’ l-istati membri ta’ l-UE qed jiltaqgħu f’sessjonijiet ta’ taħditiet biex jiddeċiedu l-kriterju ta’ sostenibbiltà li għandha taddatta l-Ewropa.
Mill-banda l-oħra il-Programm Dinji għall-Ikel tan-Nazzjonijiet Uniti kif ukoll għaqdiet ambjentali, Xellugin, progressivi, tad-drittijiet umani u tal-bdiewa qed jgħidu li żieda fil-produzzjoni tal-biofuel se twassal għal żieda sostanzjali fil-prezz ta’ l-ikel u għal iktar ġuħ.
Dan għax l-art agrikola qed tintuża biex ikun prodott il-biofuel minflok l-ikel għan-nies. Dan qed iwassal ukoll għal żieda fil-prezz ta’ l-ikel. Apparti minn hekk, foresti li huma bżonjużi biex jassorbu il-karbonju qed jinqerdu bi ħsara għan-nies li jgħixu fihom u ta’ annimali li huma mhedda bil-qerda sħiħa.
Żminijietna temmen li l-bidliet drastiċi li għandhom isiru fl-UE biex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja mit-trasport għandhom jiffukaw fuq riforma kbira fit-trasport pubbliku biex dan isir effiċjenti, irħas u aċċessibbli.
Barra minn hekk għandu jkun hemm żieda drastika ta’ taxxa fuq karozzi lussużi li jikkunsmaw ammonti eċċessivi ta’ fuel. Fl-istess ħin karozzi b’teknoloġija ekoloġikament sostenibbli għandhom jingħataw l-importanza xierqa. |
|

Julia Farrugia tintervista lil George Vella
Editorijal

Il Punt
Sergio Grech

Toni u Peppi

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|