MediaToday

Ittri | 20 ta’ April 2008 Nr 77

Appell lil min irid jisma’

Minn Mario Fava,
Swieqi

Nixtieq nikkummenta dwar ’l hekk imsejjaħ ‘silenzju stampa’ li jidher li kien impost fuq il-persuni li ikkonfermaw jew urew ix-xewqa li jikkontestaw il-kariga ta’ mexxej tal-partit mill-Bord tal-Viġilanza u Dixxiplina.
Naħseb il-Bord tal-Viġilanza flimkien ma’ l-Amministrazzjoni tal-Partit mhux dan biss għandhom jaraw. Li għandhom jaraw hu li ma jiġux imweġġgħin is-sentimenti tal-Laburisti li jiftħu x’ħin jiftħu l-istazzjonijiet tat-televiżjoni jaraw persuni li m’għandhom l-ebda kariga uffiċjali fil-partit, jew li lanqas mhuma delegati, iparlaw fil-vojt dwar dak li missu sar u ma sarx fl-elezzjoni ġenerali li għaddiet.
Ħadd m’għandu dritt imur jippreżenta ruħu fuq stazzjonijiet lokali jippretendi li għandu xi soluzzjoni jew jitkellem għan-nom tal-partit. L-istess għandu jingħad għall-artikli fuq il-gazzetti. Żgur li l-inqas li għandhom dritt jitkellmu huma dawk li meta dehrilhom telqu mill-partit u marru jimiltaw ma’ partit ieħor u meta reġa’ dehrilhom bil-kontra reġgħu lura. Jekk persuna temmen fil-prinċipji tagħha għandha tibqa’ tiġġieled għal li temmen fih.
Li jkompli jirrabjani hu li l-istess ‘salvaturi ġodda’ tal-partit qatt ma semmgħu leħinhom imqar darba waħda biss b’mod partikolari fil-Konferenza Ġenerali kontra xi deċiżjoni li ħa l-Eżekuttiv. L-istess nies li issa qed jikkritikaw il-mod kif kienet titmexxa l-konferenza, u naqbel magħhom, huma l-istess nies li kważi f’kull Konferenza Ġenerali kienu jitilgħu jitkellmu għaċ-ċapċip tad-delegati. Il-Konferenza Ġenerali dejjem serviet bħala sarima ma’ ħalq id-delegati bi skuża tal-media. Min kien responsabbli għal dan għandu jerfa’ r-responsabbiltà.
L-artikli u l-paroli fil-vojt li qed jintqal qed jagħmel iktar ħsara milli ġid u żgur li mhux iservi ta’ kuraġġ għal dawk il-Laburisti li ilhom elezzjoni wara l-oħra jaraw il-partit tagħhom jitlef. Huma dawn in-nies li jbatu meta jiġri dan u l-ebda artikolista jew pampalun ieħor li fil-Gvern jew fl-Oppożizzjoni bil-professjoni tiegħu jew tagħha jibqgħu għaddejjin.
L-istess għall-programmi li jixxandru fuq l-istazzjon ONE. Sakemm jiġi elett mexxej ġdid dawn għandhom jiefqu. Imbagħad tkun it-tmexxija u l-amministrazzjoni ġdida li tiddeċiedi x’tip ta’ progammi għandhom isiru u minn min jiġu ippreżentati.
Dan jgħodd ukoll għal dawk il-membri ta’ l-amministrazzjoni li fil-ħidma tagħhom fallew. Għandhom ikunu l-ewwel nies li m’għandhomx ikomplu jweġġgħu s-sentimenti tal-Laburisti billi ma jieħdu sehem fl-ebda programm.
Minflok għandhom jaraw li mill-aktar fis u qabel kull elezzjoni interna ssir Konferenza Ġenerali fejn din id-darba ħadd ma jinqeda bil-media biex jagħlaq ħalq id-delegati. Hekk joħorġu r-raġunijiet għat-telfa li ġarrab il-partit. Wara dan, flimkien ma’ l-elezzjonijiet tal-Mexxej u d-Deputati Mexxejja, mill-ewwel għandha ssir l-elezzjoni għall-Amministrazzjoni wkoll.
Kont nistenna li l-Bord tal-Viġilanza u d-Dixxiplina jara li dan li qed ngħid isir. Dan kien ikun jagħmel iktar sens.
Il-Laburisti jridu jitkellmu. Min qed imexxi l-partit f’dan il-perjodu għandu jara li joħloq il-qafas fejn dan id-djalogu jsir biex jinqata’ l-ħafna paroli fil-vojt li qed isir.

 

Intervista
Il-kelma ta’ George

Julia Farrugia tintervista lil George Vella


Editorijal
Tolleranza zero


Il Punt
Għad it-teknoloġija toqtol il-Ktieb?
Sergio Grech


Toni u Peppi
Il-bullying fuq l-għalliema



Emmanuel Micallef
Riforma soċjali


Carmelo Mifsud Bonnici

Staġun politiku ġdid



X'kien Jgħid
Konkors ta’ sbuħija



Wenzu Mintoff

Qamar il-għasel
Fix-xhur u l-ġimgħat ta’ qabel l-elezzjoni ġenerali għaddejna litteralment minn blitz medjatiku, bumbardament kontinwu ta’ politikanti li għamlu tabirruħhom li xtaqu sinċerament jikkomunikaw mal-poplu b’kull mezz possibbli, speċjalment dawk li għalihom kollox hu possibbli.


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan