MediaToday

Ittri | 20 ta’ April 2008 Nr 77

Wenzu Mintoff u l-Irxoxt

Minn Carmel Cutajar,
Żurrieq

Ngħodd lili nnifsi persuna li nsegwi l-politika iżda rari nieħu sehem attiv fiha.
Il-kummenti li għoġbu jgħaddi l-korrispondent tiegħek Joseph M. Farrell fil-konfront ta’ Wenzu Mintoff kienu nġusti u għaldaqstant ħlift li nirrispondih.
Lil Wenzu Mintoff ilni nsegwih sa minn meta ikkontesta l-elezzjoni ġenerali fl-1987 u kien elett Membru Parlamentari fl-elezzjoni każwali. Jekk hawn persuna li l-interessi politiċi tiegħu ġew qabel dawk personali żgur li kien Wenzu Mintoff.
Xhieda ta’ dan hemm il-fatt li fil-karriera politika tiegħu kellu jħallas għal deċiżjonijiet personali li ħa biex il-Partit Laburista jitnaddaf minn ċerti elementi li kienu qed jagħmlulu l-ħsara. Għalkemm dak li kien qed jgħid Mintoff ma seħħx dakinhar, dan seħħ wara u l-Partit Laburista rebaħ il-fiduċja tal-poplu fl-1996.
Farrell qal li Wenzu Mintoff kien midfun u rxoxta. Kulħadd jaf li jekk kien hawn xi ħadd midfun u rxoxta żgur ma kienx Mintoff. Kulmin isegwi l-media tal-Partit Laburista u l-media l-oħra żgur ma jaħsibhiex bħal Farrell.
F’dawn l-aħħar ħames snin għal erba’ darbiet fil-ġimgħa, sajf u xitwa mingħajr l-ebda interess finanzjarju, Mintoff ta mijiet ta’ sigħat lill-partit biex iwassal il-messaġġ Laburista u dan baqa’ jagħmlu anki wara t-telfa tat-8 ta’ Marzu. Dan barra sigħat oħra li ta bil-kontribuzzjonijiet bil-pinna tajba tiegħu fuq il-gazzetti. Għaldaqstant altru milli kien midfun u rxoxta.
Altru milli jiżra’ l-firda fil-partit lil Wenzu Mintoff nammirah għax b’mod ċivili għandu l-ħiliet li waqt programmi politiċi li jieħu sehem fihom fuq l-istazzjonijiet tar-radju u t-televiżjoni jippromwovi u jiddefendi l-kawża tal-Partit Laburista b’ħila kbira.
Farrell għoġbu jżeffen fin-nofs lil Michael Falzon. Mhux se naqa’ fil-logħba politika ta’ Farrell u lil Falzon inroddlu ħajr għal dak kollu li jagħmel għall-Partit Laburista. Biss naħseb li Falzon ma jiħux gost li Farrell jimplikah li kien parti minn reġim. Farrell xebbah lill-Partit Laburista ma’ reġim u safejn naf jien ir-reġimi wieħed jassoċċjahom ma’ pajjiżi totalitarji fejn mhemmx demokrazija u għaldaqstant Falzon żgur ma jiħux gost b’dawn il-kumplimenti.
Lil Wenzu Mintoff ngħidlu jagħmel kuraġġ għax ċert li l-kritika kostruttiva li għamel lejn xi wħud fil-Partit Laburista hi ġenwina u din jagħmilha tant kemm għandu għal qalbu u jixtieq il-ġid lill-Parit Laburista.
Il-passat hu mera tal-futur. Iż-żmien dejjem ta raġun
lill-avukat Mintoff u persważ li dan għal darb’oħra jerġa’ jagħtih raġun.

 

Intervista
Il-kelma ta’ George

Julia Farrugia tintervista lil George Vella


Editorijal
Tolleranza zero


Il Punt
Għad it-teknoloġija toqtol il-Ktieb?
Sergio Grech


Toni u Peppi
Il-bullying fuq l-għalliema



Emmanuel Micallef
Riforma soċjali


Carmelo Mifsud Bonnici

Staġun politiku ġdid



X'kien Jgħid
Konkors ta’ sbuħija



Wenzu Mintoff

Qamar il-għasel
Fix-xhur u l-ġimgħat ta’ qabel l-elezzjoni ġenerali għaddejna litteralment minn blitz medjatiku, bumbardament kontinwu ta’ politikanti li għamlu tabirruħhom li xtaqu sinċerament jikkomunikaw mal-poplu b’kull mezz possibbli, speċjalment dawk li għalihom kollox hu possibbli.


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan