MediaToday

Ittri | 20 ta’ April 2008 Nr 77

Meħtieġa deċiżjoni malajr

Minn James Piscopo,
Marsaskala

Ħadt gost naqra r-reazzjoni ta’ Joe Masini bħala risposta għall-ittra tiegħi tal-ġimgħa ta’ qabel dwar min għandu jivvota għall-ħatra ta’ mexxej Laburista, jekk hux id-delegati jew it-tesserati.
Imma Masini ma jidhirx li fehemni. Bl-ebda mod ma ippontifikajt jew ħeġġiġt biex jivvutaw id-delegati biss imma qajjimt diversi mistoqsijiet li ftit minnhom ittanta jirrispondihom Masini stess. Dak kien l-iskop ta’ l-ittra tiegħi li xi ħadd jipprova jargumenta b’mod solidu u mhux vag din il-proposta.
Masini għamel l-argument li kull tesserat għandu jħaddan il-prinċipji tal-Partit Laburista u jekk mhux hekk allura jmissu ma ġiex aċċettat bħala tesserat.
Imma realistikament kif se tagħmel dan? Se noqogħodu nagħmlu xi eżami politiku għal kulmin juri x-xewqa li jsir tesserat?
X’jifhem biha b’mod konkret meta jgħid li għandu jkun hemm “skrutinju rigoruż” fuq membri ġodda li juru x-xewqa li jsiru tesserati?
Dan l-argument ma nifhmux la b’mod loġiku u lanqas b’mod ieħor. Irridu nispiċċaw xi partit li jinvestiga, potenzjalment lill-familja ta’ xi ħadd li jkun wera x-xewqa li jissieħeb mal-partit?
Il-proposta li kien għamel li jivvutaw biss dawk il-membri li jkunu ilhom ħames snin konsekuttivi mħallsa tagħmel sens sa ċertu punt. Wieħed jelimina ftit dawk li Masini sejħilhom tal-“passa”. Iżda tali miżura tkun qed teskludi wkoll dawk il-ħafna żagħżagħ ġenwini li, pereżempju, ikunu għadhom kif għalqu t-18-il sena u minkejja li jkunu għaddew with flying colours minn dan “l-iskrutinju rigoruż”, xorta jkunu esklużi minħabba l-fatt li ma jkunux ilhom ħames snin konsekuttivi bħala membri.
Għalhekk nemmen li l-kredenzjali demokratiċi ta’ din il-proposta huma sbieħ ħafna iżda l-mekkaniżmu loġistiku mhux lakemm wieħed jaqbad joħolqu malajr u jħaddmu issa f’nofs dan iż-żmien jaħraq.
Masini li għandu jerġa’ jikteb ukoll il-Ħadd li għadda u baqa’ jinsisti, issa b’lingwaġġ ftit differenti, li l-għażla ta’ mexxej għandha ssir mit-tesserati. Ma qal xejn ġdid.
Imma fuq punt wieħed xtaqt nikkummenta. Masini argumenta li “tliet xhur huma aktar minn biżżejjed biex wieħed jipprepara.”
Ma naqbilx. L-ewwel għax tliet xhur ma fadalx u t-tieni fir-rigward tal-petizzjoni li semma, naħseb li Masini jaf li tali petizzjoni għadha ma tressqitx quddiem l-Eżekuttiv Nazzjonali u aktar ma ddum ma titressaq, forsi anki bi ħsieb, aktar jiżdiedu l-problemi loġistiċi u r-riskji li wieħed imur minn elezzjoni ta’ kważi 900 ruħ għal waħda ta’ aktar minn 30,000 persuna f’qasir żmien.
Inħeġġeġ għalhekk li jekk għandha titressaq din il-petizzjoni titressaq malajr kemm jista’ jkun mingħajr aktar dewmien biex tittieħed deċiżjoni fl-interess tal-partit malajr kemm jista’ jkun.
Minix delegat u allura mhux qed nargumenta b’dan il-mod għax forsi hekk jaqbilli. Anzi kieku nixtieq nipparteċipa ħalli npoġġi fil-konkret il-fiduċja tiegħi fil-kandidat li naħseb li jkun fl-aħjar interess tal-partit u l-pajjiz li jkun mexxej.
F’dan l-istadju hekk delikat l-uniku interess tal-partit hu li f’din il-kwistjoni jkun hemm deċiżjoni kemm jista’ jkun malajr u jieqaf dan id-diskors u t-tlajjar kollu.
Aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar il-kwistjoni tkun qegħda tipperikola l-andament tat-tellieqa għat-tmexxija u taljena lin-nies mill-kwistjoni vera ta’ dan il-proċess: dik li janalizzaw b’moħħhom min minn fost il-kontestanti hu l-aħjar wieħed jew waħda biex jieħu jew tieħu t-tmexxija tal-Partit Laburista u jwassalna għal rebħa elettorali tant mixtieqa.

 

Intervista
Il-kelma ta’ George

Julia Farrugia tintervista lil George Vella


Editorijal
Tolleranza zero


Il Punt
Għad it-teknoloġija toqtol il-Ktieb?
Sergio Grech


Toni u Peppi
Il-bullying fuq l-għalliema



Emmanuel Micallef
Riforma soċjali


Carmelo Mifsud Bonnici

Staġun politiku ġdid



X'kien Jgħid
Konkors ta’ sbuħija



Wenzu Mintoff

Qamar il-għasel
Fix-xhur u l-ġimgħat ta’ qabel l-elezzjoni ġenerali għaddejna litteralment minn blitz medjatiku, bumbardament kontinwu ta’ politikanti li għamlu tabirruħhom li xtaqu sinċerament jikkomunikaw mal-poplu b’kull mezz possibbli, speċjalment dawk li għalihom kollox hu possibbli.


Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan