Aħbarijiet | 13 ta’ April 2008 Nr 76
Gavin Gulia se jikkontesta l-elezzjonijiet każwali li se jsiru nhar il-Ħamis li ġej.
Fil-ġimgħat li għaddew Gulia kien qal li mhux interessat jitfa’ n-nomina tiegħu fl-elezzjonijiet każwali fl-istess ħin li tenna l-ħsieb tiegħu li f’Ġunju li ġej jikkontesta għal kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit.
Mitlub minn din il-gazzetta biex jispjega r-raġuni wara din il-bidla fil-ħsieb Gulia qal li “se nikkontesta l-elezzjoni każwali b’rispett lejn il-votanti tas-Sitt Distrett li wrew fiduċja fija fl-elezzjoni ġenerali u wara li kienu mijiet ta’ votanti li ħeġġewni nagħmel dan il-pass.”
Gulia kien wieħed mill-membri parlamentari li tilfu s-siġġu tagħhom fl-aħħar elezzjoni. Minfloku, fuq id-distrett kien elett il-kirurgu Anthony Zammit li rikeb fuq il-mewġa ta’ simpatija għall-fatt li kien il-persuna li opera fuq il-mexxej Laburista Alfred Sant.
Fl-elezzjoni ta’ nhar il-Ħamis li ġej iridu jimtlew 12-il siġġu battal li tħallew minn dawk il-Membri Parlamentari li kienu eletti f’żewġ distretti. Sitt siġġijiet iridu jimtlew minn kandidati Nazzjonalisti u sitta oħra minn kandidati Laburisti. |
|
Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
Franica Pulis tintervista lil Ġorġ Mallia
Editorijal

Il Punt
Saviour Cachia

Toni u Peppi

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|