Aħbarijiet | 13 ta’ April 2008 Nr 76
L-eks president tal-Partit Laburista, avukat u preżentatur televiżiv Toni Abela se jkun qed jikkontesta għall-kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit meta ssir l-elezzjoni fit-12 ta’ Ġunju.
Abela hu t-tielet kandidat li ħabbar uffiċjalment il-ħajra tiegħu li jikkontesta għal waħda miż-żewġ karigi ta’ deputat mexxej. Gavin Gulia u Stefan Buontempo wkoll qalu li jridu jikkontestaw l-istess kariga li se joħroġ għaliha Abela.
Intant f’ittra lid-delegati Laburisti Abela qed iwiegħed li fl-elezzjonijiet ġenerali hu mhux se joħroġ bħala kandidat u jiddikjara li m’għandu l-ebda interess f’xi siġġu parlamentari.
“Jekk intom jogħġobkom taħtruni f’din il-kariga jiena mill-ewwel ngħaddi biex ninforma b’dan lit-tmexxija u fost ir-riformi li se nipproponi jkun hemm dik li min ikun qiegħed jokkupa din il-kariga ma jkunx jista’ jikkandida ruħu fl-elezzjonijiet,” issostni l-ittra ta’ Abela.
L-għan ta’ din id-dikjarazzjoni hi biex bħala Deputat Mexxej responsabbli mill-Affarijiet tal-Partit, li jinkludi wkoll il-kuntatt mal-każini, Abela jkun jista’ jiddedika l-enerġija kollha tiegħu mingħajr ma joqgħod jaħseb fis-siġġu parlamentari.
Proposta oħra li qed jagħmel Abela hi t-twaqqif ta’ Uffiċċju ta’ l-Awditur minflok il-Bord tal-Viġilanza u d-Dixxiplina. L-awditur ikollu l-jedd li jinvestiga kull ilment anki fuq inizjattiva personali tiegħu u jagħmel rakkomandazzjonijiet lil min ikun responsabbli għan-nuqqasijiet. L-awditur jippreżenta wkoll rapport annwali lill-Konferenza Ġenerali. |
|
Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
Franica Pulis tintervista lil Ġorġ Mallia
Editorijal

Il Punt
Saviour Cachia

Toni u Peppi

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|