MediaToday

Aħbarijiet | 13 ta’ April 2008 Nr 76

Il-Pulizija tinvestiga emails li jħammġu pompa tal-petrol

Julia Farrugia
jfarrugia@mediatoday.com.mt

Il-Pulizija kienet mitluba tinvestiga katina ta’ emails li jimplikaw b’mod ħażin u malafamanti l-operatur tal-pompa tal-petrol fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
L-email oriġinali jidher li bdiet tiċċirkola fl-24 ta’ Marzu li għadda u fiha l-qarrej jiġi mwissi biex jevita li juża din il-pompa tal-petrol.
Ir-raġuni li jingħata l-qarrej hi li meta l-pompa tkun qed taħdem b’mod awtomatiku, u allura s-sewwieq jinqeda waħdu mingħajr l-għajnuna tal-ħaddiema, l-individwu jiltaqa’ ma’ numru ta’ problemi.
L-email tallega li ta’ spiss ikun hemm każijiet fejn persuna ddaħħal il-flus fil-magna u la tingħata fuel u lanqas irċevuta.
L-istorja kompliet tinfirex b’mod drastiku hekk kif allegatament maġġur fil-Forzi Armati ta’ Malta mexxa l-email lil numru ta’ persuni fosthom nies b’kuntatti mal-media. L-email spiċċat bdiet tintbagħat ukoll minn ħaddiema f’Kastilja, oħrajn f’Ministeri differenti kif ukoll minn uffiċjal tal-Mepa. Dan ta’ l-aħħar waħdu bagħatha lil aktar minn 400 persuna.
Fl-aħħar sigħat persuna li taħdem Kastilja ħarġet email oħra fejn fiha talbet lil kulħadd jinjora l-email li kienet bagħtet għaliex ma kiniet xejn għajr email b’kontenut qarrieqi.
Illum tkellmet ma’ l-operatur tal-pompa li ikkonferma ma’ din il-gazzetta li l-Pulizija kienet infurmata immedjatament dwar din il-malafama u kienet mitluba tagħmel investigazzjonijiet dwar min kienet il-persuna li ħolqot l-email malizzjuża u dwar min beda jiċċirkola din l-informazzjoni qarrieqa.
Jidher li l-Pulizija qed iddawwar l-istħarriġ tagħha fuq inċident li ġara f’ġurnata partikolari, fit-22 ta’ Marzu. Jirriżulta li dakinhar kienet il-ġurnata meta l-aħħar li kien hemm talba għal refund minn sewwieq, talba li ma setgħetx tintlaqa’ mill-operatur ta’ din il-pompa. It-talba ma ntlaqgħetx minħabba li s-sewwieq ma ipprovdiex irċevuta valida, filwaqt li ma kienx hemm każijiet fejn il-pompa ħadet il-flus mingħajr ma tat il-fuel fil-ħin imsemmi mis-sewwieq.
Illum għandha f’idejha kopja tat-transazzjonijiet kollha li saru mill-pompa awtomatika. Jirriżulta li f’dawk l-24 siegħa l-pompa intużat minn 427 persuna.
Ir-rapport jixhed li fit-7:45pm kien hemm każ fejn il-magna, wara li ngħatat il-flus, ma tatx fuel peress li l-klijent m’għażilx in-numru tal-pompa li kien fuqha.
Madanakollu jirriżulta wkoll li dawn il-flus ingħataw lura bħala rifużjoni wara li l-klijent kien ħa l-irċevuta li tagħti l-magna. Din it-tip ta’ rċevuta tingħata kulmeta l-magna tingħata l-flus. F’dik il-ġurnata partikulari ma kien hemm l-ebda każ ieħor fejn il-magna ħadet il-flus u ma tatx fuel.

 

Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Intervista
Għal vetrina aħjar tal-ktieb Malti

Franica Pulis tintervista lil Ġorġ Mallia


Editorijal
Divorzju la Maltija


Il Punt
Lil hinn mill-10 ta’ Mejju
Saviour Cachia


Toni u Peppi
L-abbuż f’Lourdes Home: apoloġija?



Emmanuel Micallef
Partiti mdendlin


Carmelo Mifsud Bonnici

L-istabbiltà politika hi vitali



X'kien Jgħid
Erġajna koppi!



Wenzu Mintoff

Belveder
Skond Anġelik u l-fan club tiegħu f’Borg in-Nadur qed tidher Sidtna Marija li flok tidħol għall-imsejkna u għall-imġarrbin kif nafha jien, qed toqgħod tistaqsi jekk il-kunduttur tax-Xarabank jippreferix jissejjaħ bl-isem ta’ Joe jew ta’ Peppi.



Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan