Pjazzetta | 13 ta’ April 2008 Nr 76
Franica Pulis
fpulis@mediatoday.com.mt
Il-grupp Ixidor wasal fit-tielet produzzjoni tiegħu. Din id-darba jmiss ix-xogħol oriġinali BhimaChat imsejjes fuq ix-xogħol qatt stampat ta’ Trevor Żahra Sbieħ Ħadd il-Għid. Dan il-proġett riduh ikun differenti mit-tnejn ta’ qablu u b’xejra umoristika. Il-koordinatur li qed jaħdem magħhom bħalissa, Karmenu Aquilina li l-aħħar xogħol idderieġa kien Lubien ta’ Żahra, issuġġerilhom lil dan l-awtur magħruf Malti.
Żahra tahom abbozz li kiteb ftit snin ilu u laqathom.
“Laqtuna diversi ħwejjeġ minn dak li qrajna, fosthom ir-relazzjoni li stajna noħolqu bejn il-bniedem u l-annimal, sitwazzjonijiet assurdi fil-ħajja ta’ madwarna li xi drabi jafu jkunu umoristiċi u l-fatt li nitbieghdu ftit
mir-realtà rikorrenti u nidħlu f’dinja fejn il-bniedem u l-bhima huma ndaqs,” qal Stephen Buhagiar, wieħed mill-atturi ta’ Ixidor.
Il-grupp għadda minn proċess sħiħ ta’ taħditiet ma’ Żahra, Aquilina u bejnu stess. Ir-riżultat kien BhimaChat, miktub minn waħda mill-membri Daniela Delia, li skond Żahra ‘id-diverġenzi li nħolqu sawru xogħol eċitanti’.
Buhagiar jiddiskuti l-liġi tal-ġungla, li hi waħda mit-temi ewlenin tad-dramm.
“Personalment il-fatt li jeżistu persuni li għandhom jew jingħataw s-saħħa għandhom poter jagħmlu li jridu. Din tista’ tidħol f’familja, fuq il-post
tax-xogħol, fil-komunità fejn ngħixu… u nsibu ideoloġiji ta’ omnipotenza.
“Fil-produzzjoni tagħna ma nqasniex li nuru dan. F’BhimaChat, l-annimali ngħataw d-don tal-kelma. Immaġina li l-kelba li ilek trabbi għal dawn l-aħħar sentejn bdiet titkellem, għandha s-sens u dak li kienet tara issa tista’ theddek bih. Mhux biss, imma issa kull annimal għandu s-setgħa u l-ħsieb. Kif se ġġib ruħek quddiem sitwazzjoni bħal din?
“Mill-banda l-oħra l-bniedem ħafna drabi jġib ruħu ta’ annimal. Ħares lejh meta jitmasħan, jiġġieled u jargumenta. Ixxebbħu ma’ xi bhima? U xi ngħidu dwar is-sess? Mela dak li jsir fil-ġungla mill-bhejjem jseħħ xi drabi fis-soċjetà mill-bnedmin. Meta l-bniedem jitlef is-sens u r-raġuni u jħalli lill-istint jikkmandah, hemm il-bniedem jibda riesaq lejn ix-xebh mal-bhejjem. Tgħid ir-rota ta’ l-evoluzzjoni qabdet ir-rotta lura?” kompla jistaqsi Buhagiar.
Il-produzzjoni se tittella’ fit-teatru ta’ l-MITP, fi Triq San Kristofru l-Belt Valletta, fil-25, 26, 27 ta’ April
fis-7.30pm. Il-biljetti jinxtraw
mill-Kavallier San Ġakbu, il-Belt. Ċempel 21223216 jew ibgħat fuq boxoffice@sjcav.org. |
|
Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
Franica Pulis tintervista lil Ġorġ Mallia
Editorijal

Il Punt
Saviour Cachia

Toni u Peppi

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|