MediaToday

Carm Mifsud Bonnici | 13 ta’ April 2008 Nr 76

L-istabbiltà politika hi vitali

Meta wieħed iqis Parlamenti oħra fi ħdan l-Unjoni Ewropea mill-ewwel jaqsamhom bejn dawk li elezzjoni wara oħra jagħtu maġġoranzi stabbli u dawk li le. Minn dan wieħed irid iħares lejn l-effett tajjeb ta’ gvernijiet sodi u stabbli fil-Parlament u dawk le.
Għalhekk mingħajr ma jrid japprezza kemm hemm xogħol li jrid isir biex il-maġġoranzi jiġu garantiti mil-Liġi. Biżżejjed inħarsu lejn il-ġirien tagħna fl-Italja. Pajjiż mill-isbaħ, mimli b’talenti, kultura u arti li però, mit-Tieni Gwerra Dinjija ’l hawn, ma hemmx li jsib xi formula legali biex jiggarantixxi għalih innifsu stabbiltà Parlamentari.
Jispiċċaw jintilfu fi proċess ta’ elezzjonijiet ġenerali u qegħdin jaħarbu mid-diffikultà li llum, aktar minn qabel, saret neċessità li temenda l-liġi elettorali - waħda li tnaqqas il-partiti u żżid fil-possibbiltà ta’ koalizzjonijiet b’saħħithom. Il-verità hija li anke jekk din hija problema ta’ natura nazzjonali, imma aħna wkoll ġirien li rridulhom il-ġid u li, fil-verità, niggwadanjaw mill-istabbiltà tagħhom.
Huwa żgur mertu ta’ Silvio Berlusconi li rnexxielu jżomm gvern għaddej għal ħames snin sħaħ, iżda fl-elezzjoni ġenerali li ġejja għandi d-dubji tiegħi kemm ser jirnexxilu jerġa’ jieħu l-maġġoranza ta’ Membri Parlamentari u senaturi li għandu bżonn biex jiggverna. Wisq nibża’ li sejrin lejn sitwazzjoni fejn ser tikber iktar il-kriżi governattiva. Nittama sinċerament li le u li, jitla’ min jitla’, dan ikollu s-sens u n-numri għal gvern stabbli.
Aħna li f’dan il-pajjiż aħna mdorrija bi gvernijiet stabbli li jkollhom maġġoranza Parlamentari ma napprezzawx u anqas neċessarjament nifhmu biżżejjed dawn id-diffikultajiet. Il-ħsieb awtomatiku, kważi naturali, huwa li min se jkun Prim Ministru f’pajjiż jiggverna b’maġġoranza assoluta tas-siġġijiet u ta’ voti. Dan però ma jkunx dejjem il-każ.
L-ewwel, għax wieħed irid jgħid li meta jkun hemm tlieta jew erba’ partiti li ser iġibu xi ħaġa tal-voti huwa diffiċli ħafna li jkollok maġġoranza assoluta imma biss waħda relattiva, u t-tieni, għax ħafna drabi l-istabbiltà f’pajjiżi oħra tiġi minn koalizzjonijiet kostanti bejn tnejn, jew l-iktar, tliet partiti li jgħaqqdu bejniethom l-maġġoranza.
Għalkemm għal uħud din l-aħħar elezzjoni ġenerali kienet
fid-direzzjoni li ma stennewx, però wieħed irid jagħti kredtu lil dawk kollha li ħadmu fuq livell leġislattiv biex għandna r-riżultat ta’ llum.
Dan mhux qed ngħidu f’termini suġġettivi, jew ta’ partit, iżda fuq livell nazzjonali. Kien ikun żball politiku Malti mhux Nazzjonalist, Laburist, Alternattiva, Alleanza Nazzjonali, li kieku ma sarux l-emendi neċessarji sabiex niggarantixxu stabbiltà politika. Jekk wieħed irid jifli sew ir-riżultat jinduna kemm il-mekkaniżmu ħadem tajjeb u iggarantixxa li min għandu l-ikbar numru ta’ voti warajh sab ukoll maġġoranza Parlamentari. Dawk l-emendi iggarantew stabbiltà politika u minnha dik ekonomika u soċjali.
Naħseb li fis-sitwazzjoni politika li qegħda tinbena, b’iktar persuni li qed jaraw li għandhom iktar għażliet milli kellhom qabel, qed noħorġu mill-possibbiltà, jew aħjar probabbiltà, li xi partit ikollu l-maġġoranza assoluta tal-voti.
Kien għalhekk determinanti li l-pajjiż ikollu Gvern stabbli. Min fil-kampanja elettorali kien qiegħed iberraq il-ħsieb għal xi forom ta’ koalizzjonijiet bejn partiti kien qiegħed jaħdem kontra tiegħu nnifsu, speċjalment meta ma kienx ċar kif u ma’ min. Ir-realtà politika hija li gvernijiet ta’ koalizzjoni jimxu u jiddeċiedu ferm inqas minn dawk fejn ikun hemm partit wieħed. Għandi kurżità nara x’ser jiġi, pereżempju, fil-Ġermanja wara r-renju taż-żewġ partiti l-kbar.
Hu x’inhu, wieħed irid jirrikonoxxi li l-politiċi ta’ kull naħa raw li aħjar l-istabbiltà milli elezzjonijiet ġenerali kontinwi u, minkejja d-differenzi, ħadmu flimkien. Pajjiżna għandu, quddiem dawn l-eżempji, jifhem li hu vitali għalih li jżomm mal-prinċipju ta’ l-istabbiltà politika. Dan għandna nżommuh f’kull żmien.
S’issa r-riżultat kien li sakemm hemm żewġ partiti li jokkupaw is-siġġijiet kollha fil-Parlament, dan hu garantit. Imma ma ħsibniex fuq il-possibilità ta’ iktar minn tnejn. Hemm f’din l-elezzjoni seta’ kellna partit b’iktar siġġijiet però mhux bl-iktar numru ta’ voti warajh. Il-valur ta’ l-istabbiltà huwa wieħed determinanti għal pajjiżna. Għalhekk għandna nieħdu ħsieb nipproteġuh. Hija din ir-raġuni li baqgħet tiggarantilna futur u din m’għandhiex tintemm.

Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Intervista
Għal vetrina aħjar tal-ktieb Malti

Franica Pulis tintervista lil Ġorġ Mallia


Editorijal
Divorzju la Maltija


Il Punt
Lil hinn mill-10 ta’ Mejju
Saviour Cachia


Toni u Peppi
L-abbuż f’Lourdes Home: apoloġija?



Emmanuel Micallef
Partiti mdendlin


Carmelo Mifsud Bonnici

L-istabbiltà politika hi vitali



X'kien Jgħid
Erġajna koppi!



Wenzu Mintoff

Belveder
Skond Anġelik u l-fan club tiegħu f’Borg in-Nadur qed tidher Sidtna Marija li flok tidħol għall-imsejkna u għall-imġarrbin kif nafha jien, qed toqgħod tistaqsi jekk il-kunduttur tax-Xarabank jippreferix jissejjaħ bl-isem ta’ Joe jew ta’ Peppi.



Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan