Ittri | 13 ta’ April 2008 Nr 76
Minn David Pisani,
Żminijietna – Leħen ix-Xellug,
Valletta
Żminijietna – Leħen ix-Xellug, temmen li fir-riforma fit-taxxa fuq il-karozzi l-Gvern għandu jagħti l-importanza xierqa lill-fatturi soċjali u ambjentali.
Żminijietna, filwaqt li tilqa’ riformi li jraħħsu l-prezzijiet tal-karozzi, nappellaw lill-Gvern biex ma jintroduċix xi piżijiet fuq nies b’paga baxxa jew medja biex jagħmel tajjeb għal nuqqas ta’ dħul għall-istat li jista’ jirriżulta mir-riforma.
Nemmnu li l-Gvern jista’ jagħmel tajjeb għan-nuqqas ta’ dħul permezz ta’ mezzi progressivi. Dawn jistgħu jinkludu żieda ta’ taxxa fuq karozzi lussużi li jikkunsmaw ammonti eċċessivi ta’ fuel, kif ukoll l-introduzzjoni ta’ taxxi għal min għandu numru eċċessiv ta’ karozzi għall-użu privat, ammont li jkun iktar minn wieħed raġjonevoli u ġust li jiġi deċiż mill-Gvern.
Nenfasizzaw li kull attentat biex jiżdied il-bejgħ tal-karozzi mhux se jwassal għal tnaqqis fl-emissjonijiet CO2. L-aħjar soluzzjoni biex l-emissjonijiet jonqsu hi li din il-kwistjoni tiġi ittrattata b’mod ħolistiku, biex b’hekk tinkludi riforma fit-trasport pubbliku.
F’dawn l-aħħar snin, il-karozzi baqgħu jiżdiedu filwaqt li l-użu tat-trasport pubbliku naqas. L-Istat għandu jassumu iktar responsabbiltà biex jiġi żgurat trasport pubbliku aċċessibbli, irħas u iktar effiċjenti. Dan iwassal għall-aqwa soluzzjoni kontra d-dħaħen u l-konġestjoni tat-traffiku. |
|
Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
Franica Pulis tintervista lil Ġorġ Mallia
Editorijal

Il Punt
Saviour Cachia

Toni u Peppi

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|