MediaToday

Ittri | 13 ta’ April 2008 Nr 76

Parti mit-telfa

Isem u kunjom miżmumin

Ili ħafna nagħti kontribut lis-Super One minn qabel ma beda jxandar ir-radju. Kont wieħed minn tal-bidunett flimkien ma’ Ray Azzopardi u minn jaf kemm irqadt hemm. Rajt ħafna nies ġejjin u sejrin. Hekk għandu jkun iżda kemm ilu li hemm Michael Vella Haber bħala kap ta’ l-istazzjon l-affarijiet marru mill-ħażin għall-agħar.
Mhux li tirbaħ l-awards biss jgħodd imma r-rispett lejn min kien hemm qablek u ta kontribut lill-istazzjon. Meta jien kont qed inwaħħal il-madum b’mod volontarju Vella Haber kien qed jagħmel il-flus jaqla’ s-snien.
Sfortunatament fl-istazzjon hemm distakk kbir fil-ħlas li jingħata lill-ħaddiema differenti anki jekk jagħmlu l-istess xogħol. L-istess kejl differenti ntuża wkoll meta ħarġet ordni biex kulmin kien jaħdem mal-kumpanija Where’s Everybody? kellu jieqaf mis-Super One. Hekk sar imma l-ordni ma applikatx għal kulħadd l-istess.
Imbagħad hemm il-mod kif Vella Haber daħħal membri tal-familja tiegħu jaħdmu fl-istazzjon. Miguel, it-tifel ta’ Vella Haber hu l-Kap ta’ l-IT filwaqt li t-tifla u l-mara jipproduċu Ġrajjiet Għawdex.
B’din it-tip ta’ tmexxija Vella Haber naffar ħafna Laburisti minn hemm ġew. L-umiltà u l-irġulija huma żewġ aspetti fundamentali fil-bniedem u għalhekk nappellalu biex jimxi ma’ kulħadd l-istess fiż-żmien li baqagħlu hemm.
Għandna ħafna nies validi fil-partit li jistgħu jagħtu kontribut u wara telfa bħal din hemm bżonn nies ġodda anki fl-istazzjon.
Din għandha tkun l-ewwel biċċa xogħol għall-mexxej il-ġdid. Irid inaddaf kull m’hemm fis-Super One għax huma wkoll kienu parti mit-telfa.

 

Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Intervista
Għal vetrina aħjar tal-ktieb Malti

Franica Pulis tintervista lil Ġorġ Mallia


Editorijal
Divorzju la Maltija


Il Punt
Lil hinn mill-10 ta’ Mejju
Saviour Cachia


Toni u Peppi
L-abbuż f’Lourdes Home: apoloġija?



Emmanuel Micallef
Partiti mdendlin


Carmelo Mifsud Bonnici

L-istabbiltà politika hi vitali



X'kien Jgħid
Erġajna koppi!



Wenzu Mintoff

Belveder
Skond Anġelik u l-fan club tiegħu f’Borg in-Nadur qed tidher Sidtna Marija li flok tidħol għall-imsejkna u għall-imġarrbin kif nafha jien, qed toqgħod tistaqsi jekk il-kunduttur tax-Xarabank jippreferix jissejjaħ bl-isem ta’ Joe jew ta’ Peppi.



Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan