Ittri | 13 ta’ April 2008 Nr 76
Eddy Privitera,
Mosta
Edward Torpiano qomos għax fl-ittra tiegħi tas-16 ta’ Marzu ktibt: “Issa ħalluhom jiggvernaw weħedhom.”
L-ewwel argument tiegħu kien li meta għaddejt il-voti kollha ta’ dawk li ma ivvutawx lill-PN, ġibt l-ammont ħażin għax ktibt 147,316 flok 147,331! Issa jien kont ħadt l-ammonti minn xi gazzetta u għalhekk jekk kien hemm żball għamlitu l-gazzetta u mhux jien.
Mela issa Edward Torpiano infurmana li d-differenza ta’ dawk li ma vvutawx għall-PN kienet ikbar milli ktibt jien – 15-il votant aktar li ma vvutawx għall-PN. Għax flok id-differenza bejn dawk li vvutaw għall-PN u dawk li ma vvutawx lilhom kienet ta’ 3,848 votant, meta fir-realtà (skond Torpiano) hi ta’ 3,863. Grazzi.
Jien lanqas ma ktibt li “m’għandux jiggverna l-Partit Nazzjonalista”, kif kiteb Torpiano. Anzi, jien ktibt: “Issa ħalluhom jiggernaw weħedhom”. M’għidtx li għandu jiggverna l-Partit Laburista. L-argument tiegħi kien li l-Partit Laburista m’għandux jagħti l-pairing lill-Gvern la issa għandhom siġġu wieħed maġġoranza. U fakkart x’battikata kienu taw lil ħija, il-Perit Salvu Privitera, meta ma ridux jagħtu l-pairing u lil ħija kellhom iġibuh b’ambulanza b’ġirja sfrenata u daħħluh fil-parlament fuq stretcher biex jivvota, għax kien marid serjament!
Infakkar ukoll lil Torpiano x’kienet għamlet l-Oppożizzjoni Nazzjonalista fl-1998 biex jimminaw lill-gvern Laburista li kien tela’ fil-Gvern b’maġġoranza assoluta ta’ voti – madwar 8,000 vot aktar mill-PN!
Infakkru wkoll li l-Partit Laburista kien iggverna wara l-elezzjoni tal-1981 għax ġab l-akbar ammont ta’ siġġijiet Parlamentari. Il-liġi elettorali dak iż-żmien kienet tgħid li jiggverna dak il-partit li jtella’ l-akbar numru ta’ deputati. Kien se jiġri l-istess fl-1971 meta l-PN fil-gvern kien immanuvra d-distretti (f’ċerti distretti jitilgħu 5 deputati u f’oħrjan jitilgħu 6) biex jipprova jirbaħ l-elezzjoni bis-siġġijiet. U ma rebaħx l-elezzjoni, minkejja li ġab 5,000 vot anqas mill-Partit Laburista, għal madwar tużżana voti, jekk mhux anqas minn hekk!
Kellu jkun Gvern Laburista, immexxi minn Karmenu Mifsud Bonnici, li bidel il-Liġi Elettorali fl-1987 li għamilha possibbli biex il-PN seta’ jiggverna minħabba, li anki dakinnhar il-Partit Laburista kien tella’ aktar deputati mill-PN. Bit-tibdil li sar fil-Liġi l-PN ingħata erba’ siġġijiet oħra biex seta’ jiggverna kif wara kollox reġa’ ġara llum meta d-differenza bejn iż-żewġ partiti hi inqas minn nofs kwota li għandu bżonn deputat biex jitla’.
Il-PN seraq din l-elezzjoni bil-ħidma li għamel biex jaqdi lin-nies minkejja li kien Gvern purtinar.
Forsi jekk jirrispondini Torpiano jispjegalna ftit kif il-Gvern fl-ewwel ftit jiem tiegħu daħħalna fil-Partnership for Peace li qatt ma wiegħed li se jagħmel u tana d-diesel ogħla mill-petrol. |
|
Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
Franica Pulis tintervista lil Ġorġ Mallia
Editorijal

Il Punt
Saviour Cachia

Toni u Peppi

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|