MediaToday

Ittri | 13 ta’ April 2008 Nr 76

IL-ħatra tal-Mexxej Laburista

Minn Joe Masini,
Għawdex

Għal ħatra tal-Mexxej Laburista għandhom jivvutaw il-membri
tal-Partit u mhux
id-delegati biss. Skond għidut li hawn bħalissa qed iddur petizzjoni biex tiġi iffirmata mid-delegati tal-partit biex titlaqqa’ konferenza ġenerali straordinarja ħalli jkun jista’ jinbidel l-istatut.
Hawn delegati li jaqblu ma’ din il-petizzjoni u hawn oħrajn li ma jaqblux. Filwaqt li kulħadd għandu jkollu dritt għall-opinjoni tiegħu, hu interessanti li naraw kemm delegati, kandidati, kunsilliera/delegati u Membri Parlamentari sa jiffirmaw din l-petizzjoni.
Nemmen li din għandha tkun iffirmata
mill-maġġoranza tad-delegati preżenti. Ħadd m’għandu jassoċja din il-petizzjoni għat-tibdil fl-istatut
tal-partit mal kandidatura ta’ xi kandidat li se jikkontesta din il-kariga. Din
id-deċiżjoni għandha tkun assoċjata biss mal-prinċipju li l-elezzjoni tkun iktar wiesgħa u ġusta.
Id-delegati preżenti membri tal-kumitati distrettwali u lokali għandhom dan id-dritt għaliex ingħata lilhom
mill-membri
tal-partit li jivvutaw
fid-diversi konferenzi ġenerali li jsiru
fil-lokalitajiet. Għalhekk dawn għandhom iżommu quddiem għajnejhom li huma qegħdin delegati għax ġew maħtura f’din il-kariga
mill-membri.
Il-konferenzi ġenerali li jmiss dalwaqt jaslu u min illum ma jaqbilx li għal ħatra ta’ mexxej ma għandhomx jivvuttaw il-membri għax m’għandux fiduċja fihom dalwaqt ikollu jerġa’ jidher quddiem l-istess membri jittallab il-fiduċja tagħhom biex jerġa’ jinħatar delegat.
Filwaqt li kulħadd għandu dritt għall-opinjoni tiegħu imma ma nafx x’wiċċ irid ikollhom dawn it-tip ta’ nies li jerġgħu jidhru quddiem l-istess persuni li huma jkunu wrew nuqqas ta’ fiduċja fihom.
Dan japplika wkoll
għall- membri parlamentari, kandidati għall-elezzjoni ġenerali u d-delegati maħtura li jirrappreżentaw
lill-kunsilliera. Dawn jitilgħu fil-parlament u fil-kunsilli bil-voti tat-tesserati Laburisti fid-distrett jew il-lokalità tagħhom.
Kulmeta jaslu l-Elezzjonijiet Ġenerali u lokali l-kandidati jduru
lin-nies jitolbuhom il-fiduċja biex jiġu eletti fil-Parlament u/jew fil-kunsilli lokali. Kulmeta jsir il-ġbir, xi ħames darbiet fis-sena, id-delegati megħjuna minn xi attivisti, Membri Parlamentari, kandidati, u kunsilliera joħorġu jiġbru għall-Partit. Allura x’hemm ħażin li issa dawn jagħtu il-fiduċja tagħhom lil dawn l-istess tesserati?
Hawn forsi min qed jirraġuna li dan la hu l-aħjar metodu ta’ kif jinħatar
il-Mexxej Laburista, u lanqas l-aħjar żmien ta’ meta għandu jiġi mibdul l-istatut tal-Partit.
Dawn kollha jistgħu jkunu raġunijiet validi u tajbin. Imma hemm xi sistema aħjar minn din ta’ kif jiġi maħtur il-Mexxej Laburista? Idealment għandhom jivvutaw il-Laburisti kollha għax iktar ma jkunu involuti partitarji u iktar ma l-mexxej ikun maħtur f`elezzjoni wiesgħa iktar aħjar, Imma kif se jiġi identifikat min hu Laburist u mhux tesserat?
Wieħed irid iżomm quddiem għajnejh li l-Partit Laburista se jmur quddiem l-elettorat fl-elezzjoni ġenerali li jmiss bit-tmexxija li se tinħatar issa u għalhekk jekk se jkun hemm xi emendi fl-istatut fuq kif jiġi maħtur il-Mexxej il-ġdid tal-Partit l-emendi neċessarji għandhom isiru issa u mhux wara. Tliet xhur huma iktar minn biżżejjed biex isiru
il-preparazzjonijiet meħtieġa.
B’vot mill-membri
tal-Partit il-ħatra
tal-Mexxej tkun iktar wiesgħa u demokratika, u min jiġi elett, ikun min ikun, iktar ikollu mandat li jwettaq it-tibdil li hemm bżonn biex il-Partit Laburista jaġġorna ruħu għaż-żminijiet ta’ llum. Imbagħad wara li ssir l-elezzjoni meta jigi maħtur il-mexxej il-ġdid kull membru għandu jbaxxi rasu għal verdett għax dik tkun ir-rieda tal-maġġoranza assoluta.
Minn qalbi nawgura u nixtieq kull suċċess lil min jitla’, ikun min ikun.

 

Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Intervista
Għal vetrina aħjar tal-ktieb Malti

Franica Pulis tintervista lil Ġorġ Mallia


Editorijal
Divorzju la Maltija


Il Punt
Lil hinn mill-10 ta’ Mejju
Saviour Cachia


Toni u Peppi
L-abbuż f’Lourdes Home: apoloġija?



Emmanuel Micallef
Partiti mdendlin


Carmelo Mifsud Bonnici

L-istabbiltà politika hi vitali



X'kien Jgħid
Erġajna koppi!



Wenzu Mintoff

Belveder
Skond Anġelik u l-fan club tiegħu f’Borg in-Nadur qed tidher Sidtna Marija li flok tidħol għall-imsejkna u għall-imġarrbin kif nafha jien, qed toqgħod tistaqsi jekk il-kunduttur tax-Xarabank jippreferix jissejjaħ bl-isem ta’ Joe jew ta’ Peppi.



Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan