MediaToday

Ittri | 13 ta’ April 2008 Nr 76

Xi jfisser tkun Laburist

Minn Adrian Formosa Steel,
Valletta

Nixtieq inwieġeb lill-ġurnalista tiegħek li staqsiet ‘Xi jfisser tkun Laburist?’ fil-ħarġa tal-Ħadd li għadda.
Hemm differenza kbira bejn li tkun Laburist u li tivvota lill-Partit Laburista. Dan għaliex li tkun Laburist hu fil-karattru u kif iġġib ruħek fil-ħajja ta’ kuljum. Fi ftit kliem tkun Laburist fil-prinċipji tiegħek u mhux kif jippruvaw ipinġu lil-Laburisti sezzjoni tal-poplu li lanqas jixraqlu jissejjaħ Malti.
Li tiddefendi u tgħin lil min hu fil-bżonn ifisser li tkun Laburist. Li tgħid dak li tħoss ifisser li tkun Laburist. Li tkun lest tissagrifika lilek innifsek biex ma tmurx kontra l-prinċipji li temmen fihom ifisser li tkun Laburist. Li ġġib lil pajjiżek u l-poplu l-ewwel u qabel kollox ifisser li tkun Laburist.
Aħna l-Laburisti għandna passat glorjuż. Insemmi biss il-benefiċċji u d-drittijiet li ħadu jew kienu jieħdu ċ-ċittadini kollha bis-saħħa u l-ħidma ta’ gvernijiet Laburisti tal-passat. Żbalji għamilna wkoll. Min ma jagħmilx?
Id-differenza hi li tagħna hawn min ifakkarhom aktar u ta’ dan pattejna bil-kbir ħafna aktar milli kien jistħoqqilna għaliex meta tiżen kollox żġur li l-miżien ixaqleb bil-kbir lejn it-tajjeb.
Minkejja ċ-ċirkustanzi għandna preżent inkorraġġanti u nemmen li se jkollna futur b’saħħtu aktar minn qatt qabel bis-saħħa ta’ dak kollu li nemmnu fih u li jagħmilna Laburisti.
Ħadd m’għandu qatt jaħseb li jekk tkun Laburist tkun agħar minn ħaddieħor għax li tkun Laburist hu preġju kbir.

 

Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Intervista
Għal vetrina aħjar tal-ktieb Malti

Franica Pulis tintervista lil Ġorġ Mallia


Editorijal
Divorzju la Maltija


Il Punt
Lil hinn mill-10 ta’ Mejju
Saviour Cachia


Toni u Peppi
L-abbuż f’Lourdes Home: apoloġija?



Emmanuel Micallef
Partiti mdendlin


Carmelo Mifsud Bonnici

L-istabbiltà politika hi vitali



X'kien Jgħid
Erġajna koppi!



Wenzu Mintoff

Belveder
Skond Anġelik u l-fan club tiegħu f’Borg in-Nadur qed tidher Sidtna Marija li flok tidħol għall-imsejkna u għall-imġarrbin kif nafha jien, qed toqgħod tistaqsi jekk il-kunduttur tax-Xarabank jippreferix jissejjaħ bl-isem ta’ Joe jew ta’ Peppi.



Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan