Xkien Jġhid? | 06 ta’ April 2008 Nr 75
Ma kienx biżżejjed għalihom in-Nazzjonalisti li rebħu l-elezzjoni u ħadu l-Gvern. Issa jridu jirbħu wkoll l-Oppożizzjoni ta’ totalitarji li huma biex tassew ‘winner takes all’, min rebaħ ikun rebaħ kollox.
Bl-iskuża li fil-ġimgħat li ġejjin se jintgħażel mhux biss il-mexxej Laburista l-ġdid imma l-Prim Ministru futur ta’ Malta, iridu mhux jipparteċipaw imma jiddettaw fid-diskussjoni dwar fuq min l-aħjar għandha taqa’ din l-għażla.
Tista’ tgħid li sabu xi jgħidu fuq kull wieħed
mill-kontendenti għall-kariga ta’ mexxej, ħlief b’eċċezzjoni waħda sulu sula. Lil Joseph Muscat libbsuh il-kostum ta’ poodle bil-kullar miġbud minn Alfred Sant.
Lil Evarist Bartolo libbsuh ta’ kok li kien isajjar il-kirxa li imbagħad kien jaqsam ma’ l-istess Dottor Sant.
Lil Michael Falzon libsuh
il-fardal u qegħduh wara l-bank tal-ħanut tal-merċa tal-familja li bejn kwart mortadella u ieħor, kien jintasab jonħoq bħall-iljuni.
Lil Marie Louise Coleiro Preca, nifsi jinqata’ ngħid isimha kollu, qagħdu jfakkruna fil-fatt li din kienet segretarja-ġenerali fi żmien Domenico Mintuf u Karmenu Mifsud Bonnici fl-agħar żminijiet tagħhom.
B’għarbiel bħal dan iddettatat mill-magna totalitarja u totalizzanti tal-Partit Nazzjonalista, ta’ ‘minn mhux midneb ħa jitfa’ l-ewwel ġebla’, l-unika verġni u pur li jifdal fil-lista tal-papabbli mhu ħadd ħlief l-Avukat Ġorġ Abela, is-sekond kuġin ta’ Lino Spiteri appoġġat minn Alfred Mifsud u n-neputija Anna u n-nutara Spiteri Debono, bejn pinta w oħra.
Jien ta’ ġurdien xiħ li jien li n-Nazzjonalisti ma nafdahomx fil-ħara, forsi xi ħadd minnhom jispjegali jekk Gorg Abela daqstant taħraqhom qalbhom għalih, flok jippruvaw iwikkuh lill-Partit Laburista, għax ma jikkandidawhx mill-ewwel magħhom? Jew pereżempju, issa li se jisfa’ battal il-post ta’ Joe Saliba forsi jitħajru jdaħħluh minfloku?! Hekk jew hekk kien diġà jinsab fit-triq it-tajba bil-konsulenzi u r-retainers li ilhom iżoqquh bihom. Il-kumpanji tiegħi tax-Xirka f’Malta jibagħtu jgħiduli li l-konsulenzi, kuntratti eċċ huma monopolizzati minn sostenituri u simpatizzanti
tal-Partito Nazzjonalista.
Fl-injoranza kbira tiegħi minn ġo qiegħ l-Eġittu fejn ninsab, lil Ġorġ Abela narah imżejjen
bid-don mhux ta’ l-Ispirtu s-Santu imma ta’ l-ilma li jiżloq minn fuq dahar il-papri. Ara dan jista’ jitlaq mill-Partit Laburista u jista’ jitlaq mill-General Workers’ Union u jgħin biex tinħoloq union oħra ħa titkisser il-GWU u jsib lin-Nazzjonalisti jfaħħruh u josannawh kemm jifilħu.
Imbagħad iqabblu dan ma’ kif in-Nazzjonalisti jittrattaw xi ħadd bil-mustaċċi bħali, li għomru u żmienu jagħżaq fl-ilma bħali u daq anki l-eżilju bħali.
Qed nirreferi għal Toni Abela mhux tagħhom, imma tagħna merqtu u ftietu. Ara dak m’għandux l-immunità li jgawdi Ġorġ, ma nafx eżattament jekk hux tagħna jew tagħhom. Imma l-iswed ferm iktar mill-abjad u erħilhom jgħajruh kemm jifilħu li mhuwiex konsistenti u li għamel ħafna kutrumbajsi f’ħajtu.
Evidentissimament
in-Nazzjonalisti jikkanvassjaw lil min bih iħossuhom komdi tant li kemm fil-Gvern u anki
fl-Oppożizzjoni, mhix se tagħmel wisq differenza għalihom għax garanzija li se jibqgħu dejjem fil-glorja.
Is-sinjura Caruana Galizia
tal-Bidnija għandi d-diżunur ngħid li nsegwiha minn fuq
il-kompjuter tal-maġġur
tal-kamp Dick Prick u li kieku hawnhekk ma jħalluniex sajmin fuq stonku vojt, daqqa minħabba r-ramadan, daqqa minħabba Ras ir-Randan u daqqa minħabba l-qamel li għandhom l-Ingliżi, kull darba li niftaħ fuq il-pagna kont nispiċċa naqla’ fuq il-komputer.
Mela s-sinjura Defni hi waħda minn ta’ quddiemnett biex tfittex id-difetti reali jew immaġinarji f’dawk li qed jersqu ’l quddiem biex joħorġu lill-MLP mill-fondoq li jinsab fih.
L-astju u l-mibegħda li taqla’ mill-istonku tagħna dil-vili kontra Sant u dawk kollha li qed jittantaw jidħlu f’postu, huma indeskrivibbli u viċin ħafna l-istigazzjoni
tal-mibegħda razzjali.
Għalkemm is-sistema ġudizzjarja u penitenzjarja doqtha f’ħajti bl-għeruq u x-xnixel, la jien ġurist u lanqas penoloġista.
Imma ngħid jien jekk xi ħadd bħal Norman Lowell ġustament jiġi ikkundannat għal piena ta’ sentejn ħabs sospiżi għax qed ikebbes u jinstiga l-mibegħda razzjali, kemm għandha għalfejn iktar tiġi ikkundannata Dafni li tpinġi lil kulmin hu Laburist jew Alternattivist iġifieri iktar minn nofs Malta, daqslikieku ġejjin minn xi razza inferjuri u tkeskes għalihom il-mibegħda tan-nofs l-ieħor ta’ Malta?! |
|
Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
Julia Farrugia tintervista lil Alfred Grixti
Editorijal

Il Punt
Leonid McKay

Toni u Peppi

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|