Aħbarijiet | 06 ta’ April 2008 Nr 75
Franica Pulis
fpulis@mediatoday.com.mt
Ftit ġimgħat ilu ħareġ il-ktejjeb Gwida għall-Pubblikazzjoni mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb li joffri linji gwida għal min jixtieq jippubblika ktieb. Il-Kunsill ħass dan il-bżonn minħabba li qed ikun hemm għadd ta’ awturi li jippubblikaw xogħolhom għal rashom u mhux il-kotba pubblikati kollha qed ikunu ta’ livell għoli.
“Bħala Kunsill ħassejna li mhux il-kotba kollha qed joħorġu bi produzzjoni li tixraq lill-biblijografija nazzjonali u għalhekk ħassejna l-bżonn li nlaqqgħu għadd ta’ esperti biex jagħtu l-pariri tagħhom dwar kif għandu jkun prodott ktieb.
“Hemm normi internazzjonali fid-dinja tal-pubblikazzjoni li jagħmlu l-ħajja tal-librara eħfef. Imma mhux biss. Dawn huma normi li jiggarantixxu l-kwalità għolja fil-preżentazzjoni tal-kotba. Ħafna milli fih il-ktieb hu biss gwida. Ma nemmnux fl-impożizzjoni iżda nemmnu wkoll li f’dak li jaqblu li hu kif suppost l-esperti għandu jkun hemm ukoll il-qbil ta’ min jippubblika,” qal Ġorġ Mallia, il-President tal-Kunsill.
Żied jgħid li “l-gwida hi intenzjonata l-aktar għal min jippubblika għal rasu u ma jkollux idea kif imorru l-affarijiet. Loġikament, dawn li qed nippreżentaw aħna, fil-kotra tagħhom huma parametri wiesa’ ħafna li jħallu lok għal ċaqliq liberu u kreattiv.”
Iżda mhux biss. Il-Kunsill xtaq joħroġ dawn il-linji gwida nazzjonali għad-djar ta’ pubblikazzjoni anke jekk hu sodisfatt bil-biċċa l-kbira tax-xogħol.
“Il-maġġorparti tal-pubblikaturi Maltin huma nies serji li jafu xogħolhom sew u l-produzzjonijiet li joħorgu mingħandhom huma ta’ livell li mhux biss iħabbatha max-xogħol li joħroġ minn barra l-pajjiż, imma f’uħud anke jiżbqu.
“Imma nħossu li nagħmlu sew li jkun hemm norma li pubblikatur jimxi magħha, jekk jagħżel li jagħmel hekk, anke dak li qed jagħmel is-sew imma li ma jkunx eżattament in-norma. Biss fil-kotra l-kbira tagħhom, żgur li m’għandna x’ngħidu xejn għall-pubblikaturi Maltin li bis-saħħa tagħhom stagħna l-ktieb Malti,” kompla jgħid Mallia.
Jitkellem ukoll dwar is-seminar li sar daqs xahar ilu wara li ħarġet l-istatistika ta’ l-Eurostat li tpoġġi lill-Maltin l-aħħar fil-qari. L-għan tas-seminar kien li jigbor l-ideat ta’ min hu involut fid-dinja tal-kotba f’Malta u kif jista’ jiżdied il-qari f’Malta.
“Ħargu għadd ta’ punti interessanti b’rigward ħidma fix-xandir, fl-iskejjel, mal-pubblikaturi u anke permezz tal-mezzi tax-xandir kollha, partikularment dik elettronika, biex tissaħħaħ il-kultura tal-qari f’pajjiżna. Is-seminar kien pro-attiv ħafna u beħsiebna nippubblikaw, l-ewwel fuq il-websajt tagħna, imbagħad fil-forma ta’ ktejjeb, l-interventi tal-kelliema u r-rapporti kollha li ħarġu mill-gruppi li ddiskutew il-problema,” tenna Mallia. |
|
Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
Julia Farrugia tintervista lil Alfred Grixti
Editorijal

Il Punt
Leonid McKay

Toni u Peppi

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|