MediaToday

Aħbarijiet | 06 ta’ April 2008 Nr 75

Traċċi ta’ inugwaljanza

L-inugwaljanza fost is-sessi naqset ħafna għalkemm għadha tinħass f’ċerti taqsimiet tal-ħajja. Skond il-Global Gender Gap, ippubblikat mill-World Economic Forum, Malta ġiet fis-76 post mill-128 pajjiż li sarilhom l-istħarriġ.
Malta ġiet daqshekk lura minħabba n-nuqqas ta’ nisa fil-Parlament kif ukoll in-nuqqas ta’ ħaddiema nisa.
Iżda l-inugwaljanza għadha tmiss ukoll ma’ kwistjonijiet mentali u emozzjonali. Il-vjolenza domestika hi sinjal qawwi li għad hawn ħafna rġiel li jaħsbu li huma jistgħu jikkmandaw lin-nisa tagħhom u jittrattawhom ħażin. Fuq livell forsi iktar superfiċjali, iżda li xorta jagħti timbru, hu t-tradiment f’koppja. Li raġel jaqlibha lil martu għadha s’issa aċċettata ħafna aktar milli kieku jiġri bil-kontra.
Id-drammaturgu Grieg tal-Greċja Antika, Ewripide, kien wieħed mill-ftit li fi żmienu kiteb xogħol dwar id-diskriminazzjoni bejn is-sessi f’soċjetà maskili li fiha l-mara kienet tiswa nqas mill-bhejjem.
Ix-xogħol hu Medea, ġrajja li tirrakkonta l-istorja ta’ mara miżżewġa ittraduta minn żewġha bl-uniku għan li jikseb aktar poter taħt idejh u l-frustrazzjonijiet li tgħaddi minnhom tort tas-soċjetà maskili li kienet tgħix fiha.
Medea, addattata minn traduzzjoni ta’ Prof. Oliver Friggieri, se tittella’ daqs xahar ieħor mill-grupp teatrali femminili Dù.
Simone Spiteri, il-fundatriċi u d-direttur artistiku tal-grupp, issemmi kemm Medea għadha valida anki barra mill-kuntest li nkitbet fiha. “Minkejja li minn żmien Ewripide s’issa l-affarijiet inbidlu ferm, xorta nħoss li n-nisa ta’ llum, bħal Medea, għadhom jaffaċċjaw ċerti problemi fil-ħajja ta’ kuljum fuq bosta livelli. Forsi Medea hi rendikont naqra iktar drammatiku u esaġerat. Imma jekk issaffi it-teatralità wieħed isib ruħu wiċċ imb’wiċċ ma’ mara li sfat ittraduta, użataha u li qed issibha diffiċli ssemma’ leħinha ma’ l-irġiel għax mhix waħda minnhom. Xi ħaġa li persważa għadha tiġri anki llum - forsi taħt kapep differenti - imma xorta tiġri.
“Pereżempju meta konna barra minn Malta f’festivals tat-teatru, l-organizzaturi kienu jindirizzaw rwieħhom lejn il-mużiċisti tagħna, li huma rġiel fejn jidħol xogħol tekniku. Minflok lilna li ħloqna l-biċċa l-kbira tal-proġett. Mur għidilhom kemm iddendilna ma’ scaffoldings, sammarna injam, qandilna u żbajna props!” qalet Spiteri b’daħqa.
Titkellem ukoll dwar in-nuqqas ta’ preżenza ta’ nisa mix-xena teatrali speċjalment fi rwoli ta’ tmexxija bħal kittieba u diretturi. Fil-fatt f’Malta l-ftit kittieba u diretturi nisa għall-palk tgħoddhom fuq subgħajk.
“Għal sekli twal il-mara fit-teatru kienet membru ħafna nqas importanti mir-raġel u ġieli lanqas setgħet tkun preżenti fuq il-palk jew fl-udjenza. F’dawn l-aħħar sekli, speċjalment l-aħħar 50 sena, l-affarijiet bdew jinbidlu drastikament. Naturalment għax il-mara saret akar awtonoma.
“Iżda xorta għad hawn bżonn ta’ iktar nisa fi rwoli ta’ tmexxija fejn jidħol teatru. Biss biss il-fatt li produzzjoni jkollha perspettiva totalment differenti minn direttur jew kittieb raġel diġà hi bażi importanti u interessanti li tagħti xejra ġdida lil temi u sitwazzjonijiet li forsi aħna mdorrijin naraw minn għajnejn maskili,” temmet tgħid Spiteri.

Medea tittella’ nhar mit-2, 3 u 4 ta’ Mejju fit-Teatru MITP fil-bini ta’ l-Università l-Antika, fi Triq San Kristofru, il-Belt fit-8pm. Il-biljetti jinxtraw mill-Kavallier ta’ San Ġakbu fuq 21223216, 21223200 jew boxoffice@sjcav.org għal prezz ta’ €10. Fl-ewwel lejl il-biljetti jinbiegħu għal €8 għall-istudenti. Għal aktar tagħrif ibgħat fuq dutheatre@gmail.com. Żur www.du-theatre.blogspot.com.

 

Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Intervista
Fl-arena ma’ Jason Micallef

Julia Farrugia tintervista lil Alfred Grixti



Il Punt
Jum il-karità: mill-għatba ’l ġewwa
Leonid McKay


Toni u Peppi
Taqbel mas-sħubija tal-Partnership for Peace?



Emmanuel Micallef
Sarima fotokopja


Carmelo Mifsud Bonnici

Żmien determinanti



X'kien Jgħid
L-immunità tal-papri



Wenzu Mintoff

Naħqa ta’ ħmar
Kif jgħid il-Malti, naħqa ta’ ħmar qatt ma telgħet is-sema. Imma jien li f’ħajti qajla fittixt li nilħaq is-sema b’idejja, f’mumenti bħal dawn speċjalment, ma niddejjaqx inkun ħmar. Wara kollox il-ħmar huwa wieħed mill-iktar ħlejjaq espressivi u simpatiċi li għandna fil-ħolqien, ta’ paċenzja u manswetudni kbira, avolja xi minn daqqiet jagħti biż-żewġ.


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan