MediaToday

Aħbarijiet | 06 ta’ April 2008 Nr 75

Satana jrid jaħkem lil Għawdex!

Julia Farrugia
jfarrugia@mediatoday.com.mt

Ħdax-il ġurnata ilu Angelik Caruana minn Birżebbuġa reġa’ allega għal darb’oħra li dehritlu l-’Madonna’ f’Borg in-Nadur.
Skond Caruana l-‘Madonna’ talbet biex in-nies tapprezza l-laqgħat magħha. Angelik Caruana qed jimplika li l-‘Madonna’ qaltlu li hemm nies “li dawn il-laqgħat jagħtihom bis-sieq u hawn min qed jirreklamahom ħażin ukoll.”
Din il-ġimgħa Angelik Caruana u t-tim ta’ madwaru, fosthom patri, taw dettalji ta’ dak li allegatament qalet il-‘Madonna’ waqt dehriet li għamlet fix-Xewkija f’Għawdex.
Caruana qed jgħid li fl-24 ta’ Novembru 2007 il-‘Madonna’ implikat li f’dak il-lejl Ġesù kien se jkun imkasbar f’Għawdex.
Angelik implika li f’din id-dehra l-‘Madonna’ ħeġġet lin-nies għat-talb “biex ipattu għal dak li se jagħmlu lil binha l-lejla f’raħal partikolari fil-gżira t’Għawdex.”
Skond Angelik, il-‘Madonna’ għamlet numru ta’ dehriet oħra fil-gżira tat-tliet għoljiet.
Fl-allegat dehra tat-22 ta’ Ottubru li għadda l-‘Madonna’ qalet li għandha xewqa li l-poplu jitlob għal Għawdex: “Satana jrid jaħkimha taħt idejh. Itolbu għall-konverżjoni ta’ din il-gżira.”
Fl-allegat dehra tat-2 ta’ Diċembru li għadda l-‘Madonna’ qed jingħad li iddikjarat li “Satana qed idur f’dawn il-gżejjer kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex.”
F’din id-dehra ta’ Diċembru Angelik qal li l-‘Madonna’ wegħdet lin-nies li nġabru fix-Xewkija, Għawdex, li jekk sa l-aħħar ta’ din is-sena (2007) issir konverżjoni u n-nies tiżdied ħafna f’Għawdex, “se tagħmel xi mirakli u se tfejjaq lin-nies permezz ta’ Angelik. Imma l-ewwel trid issir konverżjoni.”
Mhux magħruf jekk Angelik kienx mgħarraf dwar jekk il-konverżjoni saritx jew le.

 

Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Intervista
Fl-arena ma’ Jason Micallef

Julia Farrugia tintervista lil Alfred Grixti



Il Punt
Jum il-karità: mill-għatba ’l ġewwa
Leonid McKay


Toni u Peppi
Taqbel mas-sħubija tal-Partnership for Peace?



Emmanuel Micallef
Sarima fotokopja


Carmelo Mifsud Bonnici

Żmien determinanti



X'kien Jgħid
L-immunità tal-papri



Wenzu Mintoff

Naħqa ta’ ħmar
Kif jgħid il-Malti, naħqa ta’ ħmar qatt ma telgħet is-sema. Imma jien li f’ħajti qajla fittixt li nilħaq is-sema b’idejja, f’mumenti bħal dawn speċjalment, ma niddejjaqx inkun ħmar. Wara kollox il-ħmar huwa wieħed mill-iktar ħlejjaq espressivi u simpatiċi li għandna fil-ħolqien, ta’ paċenzja u manswetudni kbira, avolja xi minn daqqiet jagħti biż-żewġ.


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan