Aħbarijiet | 06 ta’ April 2008 Nr 75
Sabrina Agius
sagius@mediatoday.com.mt
Quddiem il-banner We will not forget. We will not be silent (Aħna mhux se ninsew. M’aħniex se nibqgħu siekta), uffiċjali tal-Birdlife ilbieraħ inġabru l-Buskett biex jikkundannaw l-vandaliżmu li tlieta mill-membri tagħhom sofrew seba’ ġimgħat ilu waqt li kienu qed jagħmlu studji xjentifiċi biċ-ċrieket fil-Buskett.
Dakinhar lill-membri tal-Birdlife nħarqulhom il-karozzi privati tagħhom.
Il-President tal-Birdlife Malta, Joseph Mangion, qal “hu inaċċettabbli li, fis-soċjetà ta’ llum hemm min jibqa’ jagħżel il-vjolenza bħala mezz ta’ komunikazzjoni. Dawn il-kriminali għadhom ma nqabdux bħalma sa llum għadhom ma nqabdux ukoll dawk li wettqu attakki vandali fuq ir-riżerva
tal-Għadira u s-sit Foresta 2000. Dan jibgħat messaġġ perikoluż.”
Mangion sostna li l-azzjoni tal-Birdlife kienet intiża biex juru li ma nsewx.
“Aħna nagħtu l-appoġġ kollu tagħna lill-impjegati u lill-voluntiera tagħna u li fuq kollox, dawn l-atti kodardi mhumiex se jbeżżgħuna,” kompla jgħid Mangion.
Preżenti kien hemm ukoll John Borg, voluntier tal-Birdlife Malta, li nħarqitlu l-karozza.
“Meta ssoffri attakki bħal dawn mhemmx biss l-aspett finanzjarju, imma strain psikoloġiku li wieħed irid jgħaddi minnu. Hi diffiċli li tinsa atti bħal dawn. Iżda xorta mhux se jwaqqfuna milli nkomplu nagħmlu r-riċerki tagħna u milli nipproteġu l-ambjent tal-għasafar f’Malta,” sostna Borg.
B’solidarjetà mal-Birdlife preżenti għall-attività kien hemm ukoll Kenneth Zammit Tabona flimkien ma’ artisti oħra li pinġew xeni ta’ dan il-post li jagħmel parti mill-wirt naturali ta’ Malta.
|
|
Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
Julia Farrugia tintervista lil Alfred Grixti
Editorijal

Il Punt
Leonid McKay

Toni u Peppi

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|