Aħbarijiet | 06 ta’ April 2008 Nr 75
Julia Farrugia
jfarrugia@mediatoday.com.mt
Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi jgħid li ħa s-settur tat-turiżmu taħt idejh minħabba li għad fadal ammont qawwi ta’ xogħol xi jsir f’dan is-settur.
Gonzi qal lil Illum li l-esperjenza tal-Kumitat Inter-Ministerjali dwar it-Turiżmu li mexxa hu stess matul il-leġislatura li għaddiet “uriet li fadal ammont sinifikanti ta’ xogħol fis-settur tat-turiżmu li jitlob ko-ordinazzjoni bejn numru ta’ Ministeri.”
Lawrence Gonzi jorbot dan direttament ma’ l-ambjent u jgħid li l-ħidma fit-turiżmu trid issir id f’id mat-titjib ta’ l-ambjent li issa huwa parti mill-portfolio tal-Prim Ministru.
“Kien dan li wassal sabiex il-Prim Ministru jieħu dan is-settur taħtu,” kienet it-tweġiba minn Kastilja.
Iżda minkejja li din tinstema’ tweġiba plawsibbli, ħafna jsostnu li Lawrence Gonzi meta tela’ fil-Gvern inqabad fuq sieq waħda minħabba l-każ ta’ Jeffrey Pullicino Orlando.
Fi ċrieki qrib sew tal-Partit Nazzjonalista kien jingħad li Pullicino Orlando se jkun il-persuna ġdida li taħtha se jibda jaqa’ s-settur turistiku.
Kif żviluppaw l-affarijiet fuq l-iskandlu tal-Mistra l-Prim Ministru Lawrence Gonzi ma kellu l-ebda għażla quddiemu ħlief li jħalli barra lid-Deputat Nazzjonalista minn kull kariga Parlamentari.
Dan minbarra l-fatt li fil-jiem ta’ qabel l-elezzjoni l-Pulizija bdew jinvestigaw numru ta’ persuni b’rabta diretta ma’ l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.
Mistoqsi direttament dwar dan Lawrence Gonzi ċaħad li ġie dahru mal-ħajt minħabba l-każ tal-Mistra.
Gonzi sostna li l-fatt li ħa t-turiżmu f’idejh ma kellux x’jaqsam ma’ l-istorja ta’ Jeffrey Pullicino Orlando.
“Il-każ tal-Mistra u l-involviment tal-MTA ma affettwawx din id-deċiżjoni,” kienet it-tweġiba tal-Prim Ministru. |
|
Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
Julia Farrugia tintervista lil Alfred Grixti
Editorijal

Il Punt
Leonid McKay

Toni u Peppi

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|