MediaToday

Aħbarijiet | 06 ta’ April 2008 Nr 75

Il-misteru taċ-ċensura

Kurt Sansone

B’Marie-Louise Coleiro Preca tkun ir-raba’ kandidat li uffiċjalment daħlet fit-tellieqa għal Kap tal-Partit Laburista, tmiem il-ġimgħa ġab miegħu wkoll sorpriża wara li l-Kummissjoni Elettorali tal-MLP imponiet silenzju stampa fuq il-kontestanti li kien irtirat 24 siegħa wara.
Mitlub jikkummenta dwar id-deċiżjoni biex l-ebda kontestant ma jitkellem mal-media u l-irtirar ta’ din id-direttiva ftit tas-sigħat wara, iċ-Chairman tal-Kummissjoni Elettorali Joe Falzon ma riedx jagħti sodisfazzjon.
“Dawn huma affarijiet interni tal-partit. Meta l-partit iħoss li hemm affarijiet oħra x’jikkomunika dwarhom, jikkomunika,” qal Falzon.
Mistoqsi jekk il-Kummissjoni ħarġitx linji gwida lill-kandidati dwar il-parteċipazzjoni tagħhom fil-mezzi tax-xandir, Joe Falzon għal darb’oħra ma weġibx. “Naħseb li diġà weġibtek. Dawn huma affarijiet interni tal-partit,” insista.
L-attitudni stramba ta’ Falzon tirrifletti dik tal-bqija tal-membri tal-Kummissjoni li hi magħmula fil-biċċa l-kbira tagħha minn nies li waqgħtilhom żokorthom fil-partit.
“Il-probabbiltà hi li m’hemm l-ebda id moħbija wara din id-deċiżjoni imma kienet deċiżjoni frott l-attitudni negattiva ta’ nies ġejjin minn era differenti.
“Meta raw l-istejjer ħerġin fil-media indipendenti, u l-iktar f’dik tal-Partit Nazzjonalista, setgħu ħasbu li jkun aħjar jekk il-ġlieda għat-tmexxija tibqa’ waħda interna,” sostna delegat li xtaq jibqa’ anonimu.
Intant il-kontestanti għadhom qed jistennew il-linji gwida mill-Kummissjoni Elettorali dwar il-parteċipazzjoni tagħhom f’dibattiti u stediniet mill-mezzi tax-xandir. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-istazzjonijiet tal-partit mhemm l-ebda direttivi partikulari. Iżda One News jidher li addotta l-użanza li jxandar l-aħbar ta’ min ikun uffiċjalment iddikjara li se jikkontesta għat-tmexxija.
Jekk hux se jsiru dibattiti jew programmi speċifiċi fuq One TV u One Radio mal-kandidati għadu mhux deċiż u l-istazzjonijiet probabbilment se jkollhom jistennew direzzjoni mill-Kummissjoni Elettorali.
Il-Kummissjoni Elettorali hi magħmula mis-segretarji u l-presidenti tal-kumitati distrettwali, 26 b’kollox, li minn fosthom jagħżlu ħames persuni li jkunu qed imexxu l-proċess.

 

Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Intervista
Fl-arena ma’ Jason Micallef

Julia Farrugia tintervista lil Alfred Grixti



Il Punt
Jum il-karità: mill-għatba ’l ġewwa
Leonid McKay


Toni u Peppi
Taqbel mas-sħubija tal-Partnership for Peace?



Emmanuel Micallef
Sarima fotokopja


Carmelo Mifsud Bonnici

Żmien determinanti



X'kien Jgħid
L-immunità tal-papri



Wenzu Mintoff

Naħqa ta’ ħmar
Kif jgħid il-Malti, naħqa ta’ ħmar qatt ma telgħet is-sema. Imma jien li f’ħajti qajla fittixt li nilħaq is-sema b’idejja, f’mumenti bħal dawn speċjalment, ma niddejjaqx inkun ħmar. Wara kollox il-ħmar huwa wieħed mill-iktar ħlejjaq espressivi u simpatiċi li għandna fil-ħolqien, ta’ paċenzja u manswetudni kbira, avolja xi minn daqqiet jagħti biż-żewġ.


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan