MediaToday

Pjazzetta | 06 ta’ April 2008 Nr 75

Reġa’ magħna l-Festival tal-Film Ewropej

Għal darb’oħra din is-sena r-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta se torganizza l-10 Edizzjoni tal-Festival tal-Film Ewropej li se jitnieda s-Sibt 12 ta’ April. Din is-sena l-festival magħmul mhux biss minn films mill-Istati Membri ta’ l-UE imma wkoll minn barra l-Unjoni Ewropea minħabba li din is-sena hi dik Ewropea tad-Djalogu Interkulturali.
F’din l-edizzjoni se jkun hemm varjetà ta’ films minn 22 Stat membru, inkluża Malta, kif ukoll wieħed mill-Awstralja, miċ-Ċina, mill-Eġittu u mill-Istati Uniti. Erbgħa u għoxrin film qed jiġu ippreżentati fiċ-Ċentru għall-Kreattività ta’ San Ġakbu u tnejn fit-Teatru Ċittadella f’Għawdex.
Il-Festival se jiftaħ bil-film Malti ta’ Engelbert Grech, Heroes in the Sky, li hu limitat għall-mistednin bl-invit (mhux se jsir fil-Kavallier ta’ San Ġakbu minħabba nuqqas ta’ spazju) u jispiċċa bil-film mis-Slovenja li bħalissa għandha l-presidenza ta’ l-UE.
Wara s-suċċess tas-sena li għaddiet din is-sena se jerġa’ jkun hemm lejla ta’ films qosra Maltin prodotti dan l-aħħar. Warajhom ikun hemm forum ta’ diskussjoni bil-parteċipazzjoni tad-diretturi tal-films barranin, fosthom mill-Awstrija, mill-Eġittu u minn Franza.
Il-Festival fih ukoll il-film ta’ Roberto Benigni Life is Beautiful li se jintwera lit-tfal ta’ l-iskola. Dan qed jiġi ppreżentat bil-kollaborazzjoni ta’ KRS Film Distributors Ltd. Il-film se jintwera f’żewġ għodwiet wara xulxin u wara jkun hemm workshops immexxija mill-animaturi tal-Kavallier ta’ San Ġakbu. Dan jipprovdi lit-tfal l-opportunità biex minn età bikrija jibdew isiru midħla ta’ l-apprezzament ta’ l-arti u x-xjenza taċ-ċinematografija kif ukoll jibdew jaċċettaw nies li huma differenti minnhom.
Bħal f’edizzjonijiet li saru, il-festival se jkun qed jikkontribwixxi għall-ġbir ta’ fondi għal kawża ġusta, din is-sena b’riżq id-Daniel Delicata Memorial Association li l-missjoni tagħha hi li tixtri, tagħti u/jew timplimenta oġġetti u servizzi ta’ divertiment u attivitajiet li jferrħu lit-tfal morda.
Dawk li jixtiequ jaraw film huma mħeġġa joffru donazzjoni ta’ €3 għal kull film. L-ibbukkjar diġà miftuħ. Il-fuljett ta’ tifkira tal-Festival hu disponibbli mir-Rappreżentanza tal-KE f’Malta f’Ta’ Xbiex (23425100).

Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Intervista
Fl-arena ma’ Jason Micallef

Julia Farrugia tintervista lil Alfred Grixti



Il Punt
Jum il-karità: mill-għatba ’l ġewwa
Leonid McKay


Toni u Peppi
Taqbel mas-sħubija tal-Partnership for Peace?



Emmanuel Micallef
Sarima fotokopja


Carmelo Mifsud Bonnici

Żmien determinanti



X'kien Jgħid
L-immunità tal-papri



Wenzu Mintoff

Naħqa ta’ ħmar
Kif jgħid il-Malti, naħqa ta’ ħmar qatt ma telgħet is-sema. Imma jien li f’ħajti qajla fittixt li nilħaq is-sema b’idejja, f’mumenti bħal dawn speċjalment, ma niddejjaqx inkun ħmar. Wara kollox il-ħmar huwa wieħed mill-iktar ħlejjaq espressivi u simpatiċi li għandna fil-ħolqien, ta’ paċenzja u manswetudni kbira, avolja xi minn daqqiet jagħti biż-żewġ.


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan