Ittri | 06 ta’ April 2008 Nr 75
Minn Anthony Duca,
Ħal Għaxaq
Jeħtieġ li ssir analiżi li kemm jista’ jkun toqrob lejn il-verità ta x’wassal għar-riżultat ta’ l-elezzjoni. Biex wieħed ikollu risposta sinċiera ma jridx qabel l-analiżi jipprova jiddefendi r-riżultat li ħareġ b’xi skuża. Wieħed irid ikun umli biżżejjed jaċċetta ir-riżultat li hu, kif ukoll jerfa’ r-responsabbiltà.
Ir-riżultat ta’ l-elezzjoni tat-8 ta’ Marzu hu messaġġ għall-partiti kollha. Fejn jidħlu l-partiti ż-żgħar jidher li l-poplu kuntent bis-sistema ta’ żewġ partiti. Fejn jidħlu l-partiti l-kbar, għall-partit li kien fil-Gvern il-messaġġ inħoss li kien li l-ilmenti, il-weġgħat ma tistax tinjorahom.
Ma tistax tħalli għall-aħħar sigħat biex tipprova ttaffi il-weġgħat wisq anqas m’int se tfejjaq il-weġgħa billi titlob skuża. Issa fl-analiżi tajjeb li wieħed jara min kien responsabbli ta’ l-eluf ta’ lmenti li kien hemm li wasslu għat-telf ta’ eluf ta’ voti fl-istess partit.
Uħud mill-ilmenti kienu magħrufa u tista’ tgħid kulħadd kien jitkellem fuqhom, bħall-kaċċa u l-Mepa. Però dawn ma kinux l-uniċi lmenti u tajjeb li l-PN jitlob biex kull ilment jidħol għandu ħalli jkollu stampa ċara ta’ x’wassal għal dawk il-voti li ma nġabrux u wisq aktar għal dawk li ma ivvutawx.
Il-Partit Laburista, minkejja kull sforz li għamel, ma ikkonvinċiex u wera li għadu mhux alternattiva għall-Gvern preżenti. Il-politika tal-MLP waslet biex timla’ bl-entużjażmu lill-maġġoranza tal-partitarji tiegħu iżda bl-ebda mod ma’ wasslet biex tiġbed lejh uħud mill-mijiet ta’ partitarji mill-kamp oppost li kienu urtati mill-partiti tagħhom.
Nemmen li dawn il-partitarji bl-imġiba u l-kliem ta’ ċerti kelliema fil-Partit Laburista ħassew li baqgħu l-istess. Ma tistax tiġbed lejk avversarji li bl-imġieba u l-kliem tiegħek terġa’ tiftħilhom l-feriti ta’ l-imgħoddi. Bi kliem bħal “dawn mhux tal-familja tagħna”, “għandhom xi ħaġa ħażina fid-DNA” u frażijiet oħra ma tistax tkabbar il-partit. Dawn l-elementi jridu jispiċċaw darba għal dejjem għax il-maġġoranza tal-poplu ma tridx treġġa’ l-arloġġ lura.
Ir-riżultat qiegħed hemm. Issa jonqos li l-partiti l-kbar jagħmlu analiżi bis-serjetà forsi jkollna partit b’maġġoranza assoluta li sserraħ ras kulħadd. |
|
Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
Julia Farrugia tintervista lil Alfred Grixti
Editorijal

Il Punt
Leonid McKay

Toni u Peppi

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|