Ittri | 06 ta’ April 2008 Nr 75
Minn Edward Torpiano,
Floriana
Nixtieq inwieġeb l-ittra li ġġib l-isem, Issa ħalluhom jiggvernaw weħedhom miktuba minn Eddy Privitera (Illum, 16 ta’ Marzu. 2008) liema korrispondent, skond l-għerf tiegħu, għadd il-voti validi miksuba mill-partiti politiċi fl-elezzjoni ġenerali ta’ nhar is-Sibt 8 ta’ Marzu.
Meta għamel dan ikkonkluda li meta tgħodd il-voti validi li kiseb il-Partiti Laburista flimkien mal-voti validi tal-partiti ż-żgħar kollha t-total ikun ta’ 147,316 vot validu. Apparti l-fatt li lanqas biss jgħodd ma jaf. Jekk tgħodd il-voti validi ta’ Alpha – Liberali Demokratiku (21 vot), Alternattiva Demokratika (3810 vot), Azzjoni Nazzjonali (1461 vot), Forza Malta (8 vot), Gozitan Party (37 vot), Imperium Europa (84 vot), Indipendenti (22 vot), Partit Laburista (141,888 vot) iġġib total ta’ 147,331, u mhux ta’ 147,316 vot validu kif qal il-korrispondent.
B’hekk wieħed jista’ jistaqsi x’inhu l-argument politiku li m’għandux jiggverna l-Partit Nazzjonalista, li kiseb 143,468 vot validu, għax il-PN ma ġabx il-maggoranza assoluta. Jekk tgħodd il-voti validi tal-partiti politiċi ż-żgħar kollha, flimkien mal-voti miksuba mill-Partit Laburista, il-Partit Nazzjonalista jispiċċa bla maġġoranza ta’ voti validi.
Dan x’argument hu? Min, allura, għandu jiggverna Malta skond dan l-argument? Min ġie t-tieni (Partit Laburista) jew min ġie l-aħħar (Forza Malta)?
X’jaħseb Privitera dwar id-dittatura tal-proletarjat, id-dittatura li s-soċjalisti huma magħrufa għaliha kullimkien?
Tgħid baqa’ jiftakar f’meta, wara l-Elezzjoni Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru, 1981 l-MLP sfiduċjat, liema partit politiku kien kiseb minoranza assoluta ta’ voti validi (109,990 vot validu, 34 siġġu bit-tbagħbis fid-Distretti Elettorali), filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kien kiseb maġġoranza assoluta ta’ voti validi (114,132 vot validu, 31 siġġu), iggverna Malta kontra r-rieda
tal-poplu Malti u Għawdxi? Tgħid ried jerġa’ jirrepeti dik
is-sitwazzjoni fejn is-swat u t-tortura tal-Kwartieri Ġenerali
tal-Korp tal-Pulizija kienu xi ħaġa ta’ kuljum? |
|
Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
Julia Farrugia tintervista lil Alfred Grixti
Editorijal

Il Punt
Leonid McKay

Toni u Peppi

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|