MediaToday

Ittri | 06 ta’ April 2008 Nr 75

Oppożizzjoni mhux bil-kliem biss

Minn Eddy Privitera,
Mosta

Minkejja li l-PN ‘seraq’ u mhux rebaħ l-elezzjoni bi sbrixx u għandu maġġoranza ta’ siġġu wieħed fil-parlament – u allura għandu bżonn l-għajnuna ta’ l-Oppożizzjoni Laburista biex ikun jista’ jmexxi xogħol parlamentari tiegħu bla xkiel ta’ xejn – xorta waħda diġà wera li fejn jaqbillu lil-Oppożizzjoni jinjoraha kompletament, qisha ma teżistix.
Rajna dan iseħħ fl-ewwel jiem tal-Gvern GonziPN, fil-kwistjoni ta’ l-applikazzjoni biex Malta terġa’ tibda tipparteċipa fil-Partnership for Peace, li mhi xejn ħlief alleanza militari, u li għalhekk tmur direttament kontra n-newtralità ta’ pajjiżna u b’hekk ukoll kontra l-Kostituzzjoni tagħna. Ibqgħu ċerti li l-Gvern GonziPN jibqa’ jirrepeti l-istess tattika kulmeta jkun jaqbillu jagħmel hekk, jekk l-Oppożizzjoni mhux ser tiqaflu mill-bidunett b’mod konkret u mhux b’xi stqarrija li din jew dik id-deċiżjoni hi ‘inaċċettabbli’ u tieqaf hemm! Bil-Malti ngħidu: “Il-lupu jibdel sufu iżda mhux għemilu”. Il-“lupu” Nazzjonalista ilu jagħmel hekk minn twelidu.
Per eżempju, il-ħniżrijiet li l-Gvern ilu jagħmel għal snin sħaħ fl-istazzjon nazzjonali tax-xandir,
il-PBS, se nibqgħu naċċettaw li kollox jibqa’ l-istess – imexxi minn Bord tad-Diretturi appuntati kollha bil-kredenzjali politiċi Nazzjonalisti tagħhom? Se nibqgħu naċċettaw li l-ġurnalisti li jiġu impjegati u l-Kap tat-taqsima ta’ l-aħbarijiet, ikunu wkoll magħżula minħabba l-opinjoni politka tagħhom favur il-Gvern?
Se nibgħqu naċċettaw li preżentaturi regolari ta’ programmi fuq l-istazzjon nazzjonali mbagħad jieħdu sehem waqt attivitajiet partiġġani politiċi waqt il-kampanja elettorali? Se nibqgħu naċċettaw li preżentaturi ta’ programm fuq l-istazzjon nazzjonali, li biċ-ċar għandhom konflitt ta’ interess kontra l-Partit Laburista, jitħallew itellgħu programmi ta’ natura politika?
Hemm bżonn li l-mexxej il-ġdid u l-Oppożizzjoni jinsistu li jrid ikun hemm liġi li tirregola x’jista jagħmel il-Gvern f’dak li jirrigwarda nfiq ta’ flus il-poplu taħt l-iskuża ta’ ‘informazzjoni’ li ma tkun xejn ħlief propaganda elettorali bi flus il-poplu. Issa sa ħatru Segretarju Parlamentari responsabli ‘għad-djalogu u informazzjoni’! Man jidhirx biċ-ċar li dan is-segretarjat se jkun imexxi l-magna propogandista tal-Gvern?
Hemm bżonn mexxej u Oppożizzjoni li jridu jkunu lesti li jikkonfrontaw dawn il-ħniżrijiet b’azzjoni konkreta. Mhux biss permezz ta’ l-arma tal-“pairing” iżda b’azzjonijiet oħra, bħal pereżempju bojkott tal-Parlament għal żmien qasir, anki ta’ ġurnata waħda, għalkemm aktar ma jkun twil il-bojkott aktar jinduna l-poplu bil-ħniżrijiet li jrid jipperpetwa l-Gvern Nazzjonalista kontra nofs il-poplu Malti.
Naħseb li huwa importanti għad-delegati laburisti li jsiru jafu x’inhi l-intenzjoni ta’ dawk kollha li se jikkontestaw kariga ta’ mexxej u ta’ deputati mexxejja dwar il-kwistjoni tal-“pairing” u kemm se jkunu lesti li jieqfu lill-gvern bis-serjeta kollha u mhux b’xi stqarrija li din jew dik id-deċiżżjoni “hi inaċċettabbli” u jieqfu hemm!
Il-ħafna Laburisti li niltaqa’ magħhom tista’ tgħid kollha kelma waħda. Veru għandna bżonn mexxej kariżmatiku iżda jrid ukoll ikun mexxej sod bil-fatti u mhux bil-kliem biss. U l-fehemiet ta’ dawn il-kontestanti għandna nisimgħuhom fuq li stazzjon tagħna – One Tv u Super 1 Radio – u mhux naqrawhom f’xi gazzetta.

 

Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Intervista
Fl-arena ma’ Jason Micallef

Julia Farrugia tintervista lil Alfred Grixti



Il Punt
Jum il-karità: mill-għatba ’l ġewwa
Leonid McKay


Toni u Peppi
Taqbel mas-sħubija tal-Partnership for Peace?



Emmanuel Micallef
Sarima fotokopja


Carmelo Mifsud Bonnici

Żmien determinanti



X'kien Jgħid
L-immunità tal-papri



Wenzu Mintoff

Naħqa ta’ ħmar
Kif jgħid il-Malti, naħqa ta’ ħmar qatt ma telgħet is-sema. Imma jien li f’ħajti qajla fittixt li nilħaq is-sema b’idejja, f’mumenti bħal dawn speċjalment, ma niddejjaqx inkun ħmar. Wara kollox il-ħmar huwa wieħed mill-iktar ħlejjaq espressivi u simpatiċi li għandna fil-ħolqien, ta’ paċenzja u manswetudni kbira, avolja xi minn daqqiet jagħti biż-żewġ.


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan