MediaToday

Ittri | 06 ta’ April 2008 Nr 75

L-Elezzjoni ġiet u għaddiet

Minn Joseph Paul Tonna,
B’Kara

Dik ta’ l-elezzjoni kienet kampanja qasira fejn il-poplu wera maturità u mġiba tajba. Tweġġani meta jintużaw aġġettivi u kliem iebes lejn xulxin. Dan żgur li m’għandux ikun. Konvint li kollha nħobbu l-pajjiżna u nippruvaw nagħmlu u mwiegħdu l-aħjar.
Iż-żewġ partiti l-kbar tilfu għax wieħed reġa’ ma rebaħx u l-ieħor naqqas ħafna mill-voti li ġab f’elezzjonijiet oħra. Żġur li hemm bżonn l-eżami tal-kuxjenza biex naraw fejn inqasna.
Il-gżejjer tagħna għamlu progress f’kull qasam. Irridu nkomplu nħarsu ’l quddiem u naħdmu aktar. Żgur li mhux ċajta tkun mexxej. Il-mexxej għandu responsabbiltà kbira għax id-deċiżjonijiet tiegħu jolqtu l-ġejjieni u l-futur tagħna lkoll. Żgur ukoll li l-mexxejja għandhom bżonn l-għajnuna
tat-timijiet tagħhom.
Nemmen, anzi ninsab konvint, li l-Prim Ministru Lawrence Gonzi għandu għal qalbu l-poplu Malti u Għawdxi kollu. Ħadt pjaċir nisimgħu nhar it-Tnejn 10 ta’ Marzu jindirizza lill-folla miġbura barra d-Dar Ċentrali fejn irringrazzja lil kulħadd, anki l-Oppożizzjoni u l-partiti l-oħra għall-ħidma tagħhom.
Ħadt pjaċir nisma’ lill-Prim Minsitru jgħid li jrid ikun Gvern tal-Maltin u l-Għawdxin kollha. Flimkien naslu u hekk għandu jkun.
Pajjiżna nbidel u saru investimenti kbar matul l-aħħar snin. Issa li l-elezzjoni għaddiet u spiċċa kollox b’ordni u l-kwiet, irridu nkomplu nħarsu ’l quddiem bil-fiduċja biex inkomplu naħdmu fuq it-tajjeb li sar. L-eżami tal-kuxjenza jrid isir għax b’hekk biss tista’ tikkoreġi l-iżbalji tiegħek.
Irridu nirrispettaw l-opinjonijiet ta’ xulxin. Nistaqsi f’liema familja ma’ hemmx opinjonijet differenti anki fejn tidħol l-politika? Il-politika m’għandhiex tifridna, imma nkunu poplu matur u nirrispettaw l-opinjonijiet ta’ xulxin.
Mill-ġdid grazzi lill-partiti u l-poplu kollu tal-kontribut tagħhom. Nawgura aktar ħidma għall-ġid tal-gzejjer u l-poplu tagħna.

 

Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Intervista
Fl-arena ma’ Jason Micallef

Julia Farrugia tintervista lil Alfred Grixti



Il Punt
Jum il-karità: mill-għatba ’l ġewwa
Leonid McKay


Toni u Peppi
Taqbel mas-sħubija tal-Partnership for Peace?



Emmanuel Micallef
Sarima fotokopja


Carmelo Mifsud Bonnici

Żmien determinanti



X'kien Jgħid
L-immunità tal-papri



Wenzu Mintoff

Naħqa ta’ ħmar
Kif jgħid il-Malti, naħqa ta’ ħmar qatt ma telgħet is-sema. Imma jien li f’ħajti qajla fittixt li nilħaq is-sema b’idejja, f’mumenti bħal dawn speċjalment, ma niddejjaqx inkun ħmar. Wara kollox il-ħmar huwa wieħed mill-iktar ħlejjaq espressivi u simpatiċi li għandna fil-ħolqien, ta’ paċenzja u manswetudni kbira, avolja xi minn daqqiet jagħti biż-żewġ.


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan