MediaToday

Ittri | 06 ta’ April 2008 Nr 75

Le għal bojkott taċ-ċerimonja tal-ftuħ ta’ l-Olimpjadi

Minn David Pisani,
Żminijietna – Leħen ix-Xellug,
Valletta

Żminijietna – Leħen ix-Xellug, filwaqt li turi t-tħassib tagħha għall-kwistjoni fit-Tibet tappoġġa l-awto-determinazzjoni tat-Tibet bħala reġjun awtonomu fiċ-Ċina.
L-istess imma għandu jingħad f’kwistjonijiet bħal tal-Kosovari, il-Kurdi, il-Baski u oħrajn. Naqblu wkoll ma’ taħditiet bejn ir-rappreżentanti tat-Tibet u tal-Gvern Ċiniż bil-għan li tiġi żgurata l-awtonomija tat-Tibet u l-protezzjoni ta’ l-identità kulturali tagħha fi ħdan iċ-Ċina magħquda.
Ninnutaw li lanqas id-Dalai Lama mhu qed jitlob għall-indipendenza tat-Tibet. It-tkissir tan-nazzjonijiet mhix xi ħaġa li għandha tiġi appoġġata akkost ta’ kollox għax dan jista’ jwassal għal iktar tensjoni madwar id-dinja. Aħna nappoġġaw is-solidarjetà internazzjonali madwar id-dinja. Iżda qatt ma nistgħu nappoġġaw għajta favur ritorn għall-passat fewdali fejn il-maġġoranza tan-nies kienu serfi.
Madankollu talba bħal din tkun maqtugħa mir-realtà moderna tat-Tibet.
Żminijietna temmen ukoll li d-difiża tad-drittijiet umani fit-Tibet u fiċ-Ċina għandha tiġi ittrattata b’mod konsistenti. Jekk ċerti gvernijiet verament ipoġġu d-drittijiet umani l-ewwel u qabel kollox, l-istess gvernijiet kienu jinkludu klawsoli favur id-drittijiet umani fil-ftehim ta’ kummerċ maċ-Ċina. Bħalissa hemm 24 miljun ħaddiem fiċ-Ċina li hu impjegat ta’ kumpaniji tal-Punent.
Żminijietna ma taqbilx ma’ l-idea għall-possibbiltà li kapijiet ta’ gvernijiet Ewropej ma jipparteċipawx għaċ-ċerimonja tal-ftuħ ta’ l-Olimpjadi.
Nemmnu li peress li l-Ewropa għandha l-istituzzjonijiet tagħha, pożizzjonijiet politiċi għandhom jiġu indirizzati fi ħdanhom. Żminijietna tisħaq li bħala għaqda tax-xellug topponi l-attentati favur neo-liberaliżmu u imperjaliżmu f’ċerti partijiet tad-dinja minħabba li dawn iwasslu għall-faqar kbir, inugwaljanza u qerda ekoloġika.

 

Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Intervista
Fl-arena ma’ Jason Micallef

Julia Farrugia tintervista lil Alfred Grixti



Il Punt
Jum il-karità: mill-għatba ’l ġewwa
Leonid McKay


Toni u Peppi
Taqbel mas-sħubija tal-Partnership for Peace?



Emmanuel Micallef
Sarima fotokopja


Carmelo Mifsud Bonnici

Żmien determinanti



X'kien Jgħid
L-immunità tal-papri



Wenzu Mintoff

Naħqa ta’ ħmar
Kif jgħid il-Malti, naħqa ta’ ħmar qatt ma telgħet is-sema. Imma jien li f’ħajti qajla fittixt li nilħaq is-sema b’idejja, f’mumenti bħal dawn speċjalment, ma niddejjaqx inkun ħmar. Wara kollox il-ħmar huwa wieħed mill-iktar ħlejjaq espressivi u simpatiċi li għandna fil-ħolqien, ta’ paċenzja u manswetudni kbira, avolja xi minn daqqiet jagħti biż-żewġ.


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan