Ittri | 06 ta’ April 2008 Nr 75
Minn I. Abela,
Ħal Qormi
Tlajt ma sħabi għall-festival Seħer il-Punent li sar f’Għawdex u bqajt skantat bl-atmosfera sabiħa li kien hemm. Tassew kienet idea tajba ħafna li tista’ tkun addottata f’lokalitajiet oħra madwar Malta u Għawdex.
Nemmen li kull lokalità għandha x’toffri xi ħaġa partikolari f’dik li hi identità, kultura reġjonali u tradizzjonijiet. Hemm bżonn li jkun hemm kalendarju ta’ dawn l-attivitajiet fl-irħula għax jistgħu jkunu attrazzjoni unika għat-turisti apparti li joħolqu divertiment alternattiv għalina l-Maltin.
Iktar ma jsiru fix-xitwa u fix-xhur ta’ qabel is-sajf iktar jgħinu biex jinħolqu attrazzjonijiet ġodda barra l-istaġun tal-festi f’dak iż-żmien meta t-turiżmu jkun kajman.
Għal darb’oħra prosit lill-organizzaturi u nawgura li ħaddieħor jitħajjar jorganizza attivitajiet simili.
|
|
Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
Julia Farrugia tintervista lil Alfred Grixti
Editorijal

Il Punt
Leonid McKay

Toni u Peppi

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|