MediaToday

Ittri | 06 ta’ April 2008 Nr 75

Tislima lil Joe Catania

Minn Malcolm Schembri,
Ħaż-Żabbar

Ngħid is-sew inħsadt bil-mewt ta’ Joe Catania. L-aħbar sirt nafha permezz tal-gazzetti.
Lil Joe nzertajt nafu ġo waħda mill-istamperiji fejn kont nagħmel xi xogħol. Kien persuna li jħobb tassew l-Istorja speċjalment dik konnessa mal-Mellieħa.
Għal xi żmien f’din l-istamperija fost ħafna pubblikazzjonijiet, kienu jiġu mitbugħa żewġ pubblikazzjonijiet tal-festa – Pubblikazzjoni tal-Parroċċa tal-Mellieħa u Pubblikazzjoni tal-Banda La Vittoria tal-Mellieħa biex ifakkru kif xieraq il-festa ta’ Marija Bambina li ssir f’dan il-lokal fit-8 ta’ Settembru.
Dawn kien jieħu ħsiebhom Joe li b’reqqa kbira kien jara li jkunu mibnija b’kitbiet li jsawru l-identità tal-post. Għadni niftakar kont tlabtu numru ta’ pubblikazzjonijiet Parrokkjali u tal-Banda La Vittoria li ħa ħsieb għaddieli u llum għadni ngħożżhom b’qalbi kollha.
Min hu midħla ta’ l-Istorja ta’ pajjiżu u l-post fejn jgħix għandu jkun apprezzat mhux biss matul ħajtu iżda anki wara mewtu.
Grazzi Joe ta’ l-imħabba li inti wrejt lejn il-Mellieħa fejn permezz tal-kitba u l-interess tiegħek lejn dan il-post li int tassew ħabbejt tajtu l-isbaħ rigal għax ħadt ħsieb ġrajjietu u wirtu. Jien kburi li sirt nafek u ltqajt miegħek u filwaqt li nsellem il-memorja tiegħek, nibqa’ niftakar fik fit-talb tiegħi.

 

Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Intervista
Fl-arena ma’ Jason Micallef

Julia Farrugia tintervista lil Alfred Grixti



Il Punt
Jum il-karità: mill-għatba ’l ġewwa
Leonid McKay


Toni u Peppi
Taqbel mas-sħubija tal-Partnership for Peace?



Emmanuel Micallef
Sarima fotokopja


Carmelo Mifsud Bonnici

Żmien determinanti



X'kien Jgħid
L-immunità tal-papri



Wenzu Mintoff

Naħqa ta’ ħmar
Kif jgħid il-Malti, naħqa ta’ ħmar qatt ma telgħet is-sema. Imma jien li f’ħajti qajla fittixt li nilħaq is-sema b’idejja, f’mumenti bħal dawn speċjalment, ma niddejjaqx inkun ħmar. Wara kollox il-ħmar huwa wieħed mill-iktar ħlejjaq espressivi u simpatiċi li għandna fil-ħolqien, ta’ paċenzja u manswetudni kbira, avolja xi minn daqqiet jagħti biż-żewġ.


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan