MediaToday

Ittri | 06 ta’ April 2008 Nr 75

Lil min se nemmnu?

Minn Lino Ellul,
San Ġwann

Bħala kattoliku prattikanti u konvint ma nistax nifhem kif fl-intervista li saret ma Patri Hilary (Illum 23 ta’ Marzu) issemma Pilatu li ta d-daqqa ta’ ħarta lil Kristu, meta appuntu skond il-Kotba Mqaddsa d-daqqa ta’ ħarta lil Kristu ngħatat mill-għassies li kien miegħu quddiem il-Qassis il-kbir. (Ġw.18,22).
Min naħa l-oħra ma nistax nifhem għaliex, meta minn ħafna mkejjen ħafna kelliema li qed jitkellmu f’isem il-Knisja Kattolika dawn mhux qed jitkellmu ċar u tond dwar il-kawża tat-tbatija fuq il-bniedem.
Skond il-Ġenesi Alla ma ħalaqx lill-bniedem biex ibati iżda għall-kuntrarju ħalqu xbieha tiegħu bħala ħakkiem fuq il-ħolqien kollu (Ġen.1,26-28). Iżda kien il-bniedem li għax kiser il-kmand t’Alla, ġibed fuqu t-tbatija bħala kastig minn Alla b’konsegwenza tad-dnub oriġinali (Ġen.3,1-19) u loġikament ma jeżisti l-ebda misteru għall-kawża tat-tbatija kif qed jippruvaw jipperwsaduna ħafna kelliema fostna l-kattoliċi.
Lanqas ma nista’ nifhem kif xi ħadd fostna jista’ jgħidilna li Alla ġie fid-dinja biex ibati bħalma qed ibati l-bniedem biex allura l-bniedem ma jkunx waħdu fit-tbatija. Skond
il-Kotba Mqaddsa Kristu ġie fid-dinja mhux biss bħala bniedem biex ibati, imut issagrifikat fuq is-salib u jqum mil-imwiet, imma bħala l-uniku medjatur bejn Alla u l-bniedem fil-pjan tas-Salvazzjoni (1Tim.2,5-7) u biex allura jeħlisna mill-ħakma tax-xitan.
Jekk aħna l-kattoliċi se nkomplu nisimgħu ħafna ineżattezzi u ħafna kontradizzjonijiet għal dak li jgħidu l-Kotba Mqaddsa kif qatt jistgħu ħafna kattoliċi li m’għandhomx tagħlim profond, jemmnu li Alla jħobbhom, meta dawn jinsabu taħt it-toqol tas-slaleb tal-ħajja?
Kif qatt jistgħu ħafna minn dawn ma jirribellawx kontra Alla u ma jitilfux il-fidi minħabba li mhux qed jisimgħu il-verità sħiħa li t-tbatija fid-dinja mhux biss hi kastig ta’ Alla b’kawża tad-dnub oriġinali skond il-Ġenesi imma wkoll skond il-kotba ta’ l-Eżodu u d-Dewteronomju, it-tbatija hi kastig ta’ Alla li jibqa’ jintiret minn ġenerazzjoni għall-oħra sat-tielet u r-raba’ ġenerazzjoni għal dawk kollha li jobogħduh.
Fil-każ aħna lil min se nibdew nemmnu? Il-kelma tal-Mulej skond il-Kotba Mqaddsa, jew lil dawk fostna li mhux qed jitkellmu skond il-Kotba Mqaddsa?

 

Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Intervista
Fl-arena ma’ Jason Micallef

Julia Farrugia tintervista lil Alfred Grixti



Il Punt
Jum il-karità: mill-għatba ’l ġewwa
Leonid McKay


Toni u Peppi
Taqbel mas-sħubija tal-Partnership for Peace?



Emmanuel Micallef
Sarima fotokopja


Carmelo Mifsud Bonnici

Żmien determinanti



X'kien Jgħid
L-immunità tal-papri



Wenzu Mintoff

Naħqa ta’ ħmar
Kif jgħid il-Malti, naħqa ta’ ħmar qatt ma telgħet is-sema. Imma jien li f’ħajti qajla fittixt li nilħaq is-sema b’idejja, f’mumenti bħal dawn speċjalment, ma niddejjaqx inkun ħmar. Wara kollox il-ħmar huwa wieħed mill-iktar ħlejjaq espressivi u simpatiċi li għandna fil-ħolqien, ta’ paċenzja u manswetudni kbira, avolja xi minn daqqiet jagħti biż-żewġ.


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan