MediaToday

Aħbarijiet | 30 ta’ Marzu 2008 Nr 74

It-teletext tal-PBS bil-ħsara

Julia Farrugia
jfarrugia@mediatoday.com.mt

Kulmin kien jaqliblu fuq it-teletext tal-PBS biex jiċċekkja n-numri tas-Super 5 se jkollu jfittex mezz ieħor kif isir jaf x’inhuma n-numri rebbieħa għax is-servizz li ilu wieqaf għal dan l-aħħar xahar u nofs mhux se jerġa’ jibda minnufih.
Ir-raġuni wara dan hi li l-magna tat-teletext għandha ħsarat kbar u probabbilment diffiċli li tissewwa.
Albert Debono, Kap Eżekuttiv tal-PBS, ikkonferma ma’ Illum li l-kumpanija “hi kommessa li tkompli toffri dan is-servizz.” Debono sostna li bħalissa għaddejjin l-aħħar testijiet fuq din il-magna “madankollu jidher li l-ħsarat huma beyond repair” u kif jidhru l-affarijiet se jkollha tinxtara magna ġdida li tiswa madwar €34,940.60 (Lm15,000).
Il-magna hi proprejtà tal-PBS u tkun amministrata mill-kumpanija sussidjarja ta’ GO, di-ve.
Il-magna ilha tintuża għal dawn l-aħħar 10 snin. Biha kienet titwassal informazzjoni differenti. Fost l-oħrajn it-telespettaturi kellhom aċċess għal tagħrif aġġornat fuq aħbarijiet ewlenin, tbassir tat-temp, spiżeriji li jkunu se jiftħu, numri tal-Lottu u Super 5, skeda tal-programmi fuq stazzjonijiet lokali kif ukoll riżultati sportivi.

 

Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Intervista
Operazzjoni politika

Julia Farrugia tintervista lill-Professur Anthony Zammit



Il Punt
X’mar ħazin għall-AD?
Michael Briguglio


Toni Abela
Jeffrey Pullicino Orlando għandu jirriżenja?



Emmanuel Micallef
Tbaħbiħa mhux mesħa!


Carmelo Mifsud Bonnici

Il-bżonn ta’ riforma



X'kien Jgħid
U x’se nagħmlu bl-imqarbin?



Wenzu Mintoff

Fair play
Skond ma jgħidu, fil-gwerra l-Istorja tispiċċa dejjem tinkiteb min-naħa rebbieħa. B’hekk min ikun rebaħ dnubietu maħfura u jitgħattew kollha u min jitlef, id-dnubiet tiegħu jrid jiskorrihom sa l-inqas wieħed. Sta għalina li dan ma jkunx il-każ u l-istorja tinkiteb kif għandha tinkiteb b’mod sħiħ bit-tajjeb u l-ħażin kollu tagħha.


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan