MediaToday

Aħbarijiet | 30 ta’ Marzu 2008 Nr 74

Imwielda fl-istess ġurnata, f’pajjiż differenti

Sabrina Agius
sagius@mediatoday.com.mt

Immaġina ħajtek kif kienet tkun li kieku tiskopri li għandek tewmi x’imkien ieħor fid-dinja. Min jaf ħajtek kif kienet tkun li kieku twelidt fl-istess data u ħin iżda f’pajjiż differenti.
Din l-idea bdiet trembel f’moħħ id-diretturi Belġjani tat-televixin SteveVerhaege u Dirk Van den Houte. Ġiethom l-idea li jagħmlu dokumentarju kemmxejn oriġinali bl-isem “Twins”.
L-intenzjoni hi li jsibu nies minn madwar id-dinja, inkluża Malta, li twieldu fl-istess ġurnata ta’ 20 parteċipant Belġjan li ntagħżlu mid-diretturi.
L-għan tad-dokumentarju hu li jlaqqa’ lil dawn l-20 parteċipant mat-‘tewmin’ tagħhom imferrxin madwar id-dinja biex jaqsmu l-esperjenza ta’ xulxin.
Id-dokumentarju jesponi d-drawwiet differenti, it-tradizzjonijiet u l-kultura tal-pajjiż li jkunu qed iżuru l-parteċipanti.
Il-filosofija li timxi fuqha l-kumpanija Desert Fish, li qed taħdem fuq din il-produzzjoni, hi li jagħmlu dokumentarji pożittivi. Premessa tal-kumpanija hi li dejjem juru sens ta’ rispett lejn in-nies li jipparteċipaw fid-dokumentarju tagħhom.
Van den Houte hu editor-in-chief u Verhaege ġurnalist għal Desert Fish li tipproduċi programmi għat-televixin nazzjonali Belġjan VRT.
Mistoqsija minn din il-gazzetta għalfejn għazlu li jsibu tewmin minn Malta, Annelore, ir-rappreżentanta ta’ Desert Fish, qalet li “għażilna lil Malta għax hi gżira u rridu nkunu nafu xi tfisser li tgħix fuq gżira. Apparti minn hekk, ma tantx nafu dwar l-Istorja ta’ Malta, it-tradizzjonijiet u l-kultura tagħha. Nemmnu li tkun interessanti għall-udjenza Belġjana li jkunu jistgħu jifhmu iktar dwar Malta mingħand persuna Maltija.”
Il-proċedura ta’ kif wieħed jista’ jintgħażel hi sempliċi. Wara li jibgħat e-mail, issir intervista mal-persuna. Dawn ikunu mistoqsijiet standard fuq tfulithom, zgħożithom, attivitajiet personali u l-bqija. Meta mbagħad ikollna biżżejjed tewmin, nagħmlu għażla ibbażata fuq l-intervisti u wara mmorru nżuru t-tewmi biex imbagħad inlaqqgħuh mat-tewmi l-Belġjan,” kompliet tispjega Annelore.
Fost pajjiżi oħra li qed jipparteċipaw hemm l-Arġentina, il-Brażil, il-Ghana, il-Gambja, l-Ukrajna, iċ-Ċina, il-Kanada, l-Afrika ta’ Isfel, l-Urugwaj, l-Estonja, ir-Russja u l-Islovenja. Il-kriterji ta’ kif intgħażlu l-pajjiżi kienu ibbażati fuq ix-xenarju tal-pajjiż u t-tradizzjonijiet.

Sib it-tewmi Belġjan tiegħek

Jekk jinteressak tipparteċipa fid-dokumentajru Twins fittex id-data tat-twelid tiegħek u ibgħat email fuq twins@docfish.be

Irġiel
29 April 1933
18 Lulju 1948
19 Lulju 1948
20 Awissu 1949
11 Frar 1952
18 Jannar 1956
5 Mejju 1956
30 Diċembru 1960
24 Lulju 1962
14 Jannar 1965
27 Jannar 1965
5 Ottubru 1968
5 Frar 1969
1 Diċembru 1971
3 Mejju 1981

Nisa
5 April 1943
2 Mejju 1950
20 Lulju 1963
24 Marzu 1964
26 Marzu 1975
27 Diċembru 1979
24 Lulju 1982

 

 

Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Intervista
Operazzjoni politika

Julia Farrugia tintervista lill-Professur Anthony Zammit



Il Punt
X’mar ħazin għall-AD?
Michael Briguglio


Toni Abela
Jeffrey Pullicino Orlando għandu jirriżenja?



Emmanuel Micallef
Tbaħbiħa mhux mesħa!


Carmelo Mifsud Bonnici

Il-bżonn ta’ riforma



X'kien Jgħid
U x’se nagħmlu bl-imqarbin?



Wenzu Mintoff

Fair play
Skond ma jgħidu, fil-gwerra l-Istorja tispiċċa dejjem tinkiteb min-naħa rebbieħa. B’hekk min ikun rebaħ dnubietu maħfura u jitgħattew kollha u min jitlef, id-dnubiet tiegħu jrid jiskorrihom sa l-inqas wieħed. Sta għalina li dan ma jkunx il-każ u l-istorja tinkiteb kif għandha tinkiteb b’mod sħiħ bit-tajjeb u l-ħażin kollu tagħha.


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan