MediaToday

Aħbarijiet | 30 ta’ Marzu 2008 Nr 74

Falzon jidħol fit-tiġrija għal kap

“Konna qisna żewġ namrati” – dwar it-taħdidiet għal riforma elettorali ma’ Joe Saliba

Sabrina Agius
sagius@mediatoday.com.mt

Akkumpanjat mill-familja tiegħu d-Deputat Mexxej tal-MLP Michael Falzon ilbieraħ ħabbar uffiċjalment li se jkun qed jikkontesta għat-tmexxija tal-partit.
Falzon hu t-tieni kandidat wara Joseph Muscat li pubblikament ikkonferma l-interess tiegħu li jmexxi l-Partit Laburista wara r-riżenja ta’ Alfred Sant.
Preżenti għat-tħabbira kien hemm ukoll id-Deputat President tal-MLP Louis Gatt u l-eks deputat Żurrieqi Joe Sammut flimkien ma’ l-assistenta personali ta’ Falzon Nathalie Attard.
Kien innutat ukoll in-nuqqas ta’ preżenza tal-President tal-partit Stefan Zrinzo Azzopardi li hu persuna viċin ħafna ta’ Falzon.
Bit-tema ‘B’esperjenza u lealtà, flimkien lejn is-suċċess’ fuq sfond abjad li fuqu kien hemm l-emblema tal-MLP, il-bandiera Maltija u dik ta’ l-UE, Falzon qal li kien qed jikkontesta għall-kariga “biex flimkien nibnu tim li ħames snin oħra jagħti Gvern Laburista lill-poplu Malti u Għawdxi.”
Fuq materja politika Falzon qal li bħala mexxej se jkun lest li jiddiskuti mal-Partit Nazzjonalista fuq pakkett sħiħ ta’ riformi li jinkludi l-finanzjament tal-partiti politiċi u r-riforma elettorali.
“Il-Partit Nazzjonalista jafni sew. Iddiskutejt kemm-il darba mal-PN mill-1996 sal-lum. Kont involut fl-aħħar emendi Kostituzzjonali u ta’ qabilhom,” sostna Falzon.
Imbagħad tkellem dwar it-taħdidiet mistura li kellu ma’ Joe Saliba.
“Meta ħejjejna l-aħħar tibdiliet kont f’kuntatt ma’ Joe Saliba u spiċċajna naħdmu ħafna flimkien, qisna żewġ namrati. Konna niltaqgħu kważi fis-sigriet biex ma niġbdux l-attenzjoni tal-gazzetti,” qal Falzon bi tbissima fuq wiċċu.
Mingħajr ma espanda wisq fuq il-viżjoni u l-ideat tiegħu għal tibdil fil-Partit Laburista, Falzon qal li l-MLP irid ikun il-partit ta’ kulħadd. “Irid ikun partit inklussiv, bħal familja. Irid ikun partit li jisma’ lil kulħadd inklużi lill-professjonisti, l-intraprendituri u n-negozjanti,” sostna Falzon.
Għalkemm qal li għamel iljieli b’nuqqas ta’ rqad minħabba l-ideat varji li ġewh biex itejjeb il-futur u l-pożizzjoni tal-partit hu reġa’ tenna li kien għadu kmieni wisq biex jgħaddi xi proposti lill-istess partit.
Imbagħad għafas fuq waħda mill-għajtiet li se tikkaratterizza l-kampanja personali tiegħu; is-suċċess.
“Biex l-MLP jirbaħ l-Elezzjoni Ġenerali li jmiss irid jkun partit ta’ suċċess. Irid ikun partit għall-individwi u għall-pajjiż,” tenna Falzon.
It-tieni għajta tiegħu hi l-lealtà.
B’referenza għad-9 ta’ Marzu meta wara ġurnata sħiħa ta’ qtugħ il-qalb l-MLP kellu jammetti t-telfa, Falzon qal li bl-aġir tiegħu wera biċ-ċar il-lealtà tiegħu lejn il-partit. “Bqajt hemm sa’ l-aħħar. Ikkonċedejna telfa b’irġulija u rispett lejn il-pajjiż,” insista.
Mistoqsi dwar il-possibiltà li jirbaħ it-tellieqa Falzon qal li l-għażla qiegħdha f’idejn id-delegati u lest jaċċetta kull deċiżjoni li jieħdu.
U jekk tittieħed xi deċiżjoni biex id-dritt tal-vot għat-tmexxija jingħata wkoll lill-membri tal-partit, Falzon wieġeb li għalih ma tagħmel l-ebda differenza.
L-għeruq ta’ Falzon fl-istrutturi tal-partit imorru lura għall-1992 meta waqqaf l-uffiċċju elettorali. Hu temm ħidmietu fl-uffiċċju elettorali fis-sena 2003 meta laħaq deputat mexxej għall-affarijiet tal-partit.
Serva wkoll bħala Segretarju Internazzjonali fl-amministrazzjoni bejn l-1998 u l-2003. Falzon enfasizza li f’każ li ma jintgħażilx bħala kap tal-partit mhux bi ħsiebu jikkontesta għal xi kariga oħra.

 

Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Intervista
Operazzjoni politika

Julia Farrugia tintervista lill-Professur Anthony Zammit



Il Punt
X’mar ħazin għall-AD?
Michael Briguglio


Toni Abela
Jeffrey Pullicino Orlando għandu jirriżenja?



Emmanuel Micallef
Tbaħbiħa mhux mesħa!


Carmelo Mifsud Bonnici

Il-bżonn ta’ riforma



X'kien Jgħid
U x’se nagħmlu bl-imqarbin?



Wenzu Mintoff

Fair play
Skond ma jgħidu, fil-gwerra l-Istorja tispiċċa dejjem tinkiteb min-naħa rebbieħa. B’hekk min ikun rebaħ dnubietu maħfura u jitgħattew kollha u min jitlef, id-dnubiet tiegħu jrid jiskorrihom sa l-inqas wieħed. Sta għalina li dan ma jkunx il-każ u l-istorja tinkiteb kif għandha tinkiteb b’mod sħiħ bit-tajjeb u l-ħażin kollu tagħha.


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan