MediaToday

Aħbarijiet | 30 ta’ Marzu 2008 Nr 74

Ġbir ta’ skart bl-intoppi

Hekk kif pitgħada suppost kellha tidħol fis-seħħ is-sistema ġdida ta’ riċiklaġġ, komplew il-botti u r-risposti dwar din l-iskema wara li sar uffiċjalment magħruf li issa l-awtoritajiet qed jimmiraw biex minflok, is-sistema tibda titħaddem mill-14 ta’ April.
Fi stqarrija l-Għaqda Friends of The Earth tagħmel il-kritika tagħha u tistaqsi kif l-awtoritajiet ma tawx żmien biżżejjed lill-kunsilli lokali biex jagħmlu l-preparamenti meħtieġa.
Il-kunsilli lokali jaqblu fil-prinċipju li skart riċiklabbli jibda jinġabar f’borża għal tal-apposta dar dar, madankollu ħafna sostnew li m’għandhomx żmien biżżejjed biex joħolqu l-loġistika dwar is-sistema tat-tqassim tal-boroż.
Teknikament ħafna mill-kunsilli sabu din is-sistema ma’ wiċċhom hekk kif il-ġurament tal-ħatra sar nhar il-Ġimgħa u fi ftit jiem kien prattikament impossibbli biex wieħed isib saqajh f’din is-sistema ġdida.
Il-Friends of the Earth tgħid li “din l-iskema tibqa’ mxekkla b’ħafna mistoqsijiet.”
L-għaqda tistaqsi kemm jagħmel sens mil-lat ekonomiku kif ukoll ambjentali, li f’pajjiż ta’ 400,000 persuna jkun hawn tlieta jew erba’ skemi ta’ ġbir ta’ skart. Fost dawn hemm is-sistema ta’ bring-in sites.
S’issa l-Kunsilli ġew mgħarrfa li għal-ewwel xahrejn ta’ din is-sistema se jkunu qed iqassmu huma l-boroż. Hemm kunsilli li qed jgħidu li m’għandhomx biżżejjed riżorsi biex jagħmlu dan.
Mistoqsi minn din il-gazzetta kif se jibda’ jsir it-tqassim tal-boroż wara li jgħaddu l-ewwel xahrejn, il-Ministeru għall-Ambjent sostna li għadu qed ifassal sistema.
“Is-sistema li qed tiġi mfassla taħseb għal faċilità li għal skart domestiku li mhux organiku, ikun hemm borża waħda fil-ġimgħa li tinġabar minn post ċentrali jew titqassam fid-djar, fejn hemm bżonn.”
Dwar kemm se jkunu jiswew dawn il-boroż il-Gvern għadu ma qal xejn.
Ma’ din il-gazzetta l-Ministeru qal li: “F’każ li dar ikollha bżonn boroż addizzjonali, dawn se jkunu jistgħu jinxtraw minn għand ħwienet ewlenin bil-prezz tas-suq.”

Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Intervista
Operazzjoni politika

Julia Farrugia tintervista lill-Professur Anthony Zammit



Il Punt
X’mar ħazin għall-AD?
Michael Briguglio


Toni Abela
Jeffrey Pullicino Orlando għandu jirriżenja?



Emmanuel Micallef
Tbaħbiħa mhux mesħa!


Carmelo Mifsud Bonnici

Il-bżonn ta’ riforma



X'kien Jgħid
U x’se nagħmlu bl-imqarbin?



Wenzu Mintoff

Fair play
Skond ma jgħidu, fil-gwerra l-Istorja tispiċċa dejjem tinkiteb min-naħa rebbieħa. B’hekk min ikun rebaħ dnubietu maħfura u jitgħattew kollha u min jitlef, id-dnubiet tiegħu jrid jiskorrihom sa l-inqas wieħed. Sta għalina li dan ma jkunx il-każ u l-istorja tinkiteb kif għandha tinkiteb b’mod sħiħ bit-tajjeb u l-ħażin kollu tagħha.


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan