Aħbarijiet | 30 ta’ Marzu 2008 Nr 74
FIL-PARTIT
Favuriha
Viċin l-għeruq
Coleiro Preca hi viċin ħafna l-għeruq tal-partit u titkellem il-lingwaġġ tagħhom u dan jista’ jkun ta’ vantaġġ mad-delegati.
Kontinwità
L-attiviżmu ta’ Coleiro Preca fl-MLP imur lura fiż-żmien u għalhekk għal-Laburisti tirrappreżenta kontinwità mat-tradizzjonijiet u l-politika tal-partit.
Segretarja ġenerali
L-esperjenza tagħha bħalha Segretarja Ġenerali tal-Partit tgħinha biex tifhem aktar l-istruttura kif taħdem, x’inhu mistenni minnha u x’qed jistennew id-delegati.
5,490 vot
Coleiro Preca kienet l-iktar kandidat Laburista li ġabet voti wara Alfred Sant fl-aħħar elezzjoni fejn żiedet it-total tagħha fuq ħames snin ilu bi kważi 1,000 vot. Dan ukoll hu barometru tas-suċċess.
Kontriha
Mara
Minkejja d-diskors kollu fuq l-ugwaljanza fl-MLP għad hemm predominanza qawwija tal-karattru b’saħħtu maskili u għalhekk uħud jistgħu jinterpretaw il-fatt li hi mara bħala dgħufija anki jekk mhux bilfors hu l-każ.
BARRA L-PARTIT
Favuriha
Mara
Hu diffiċli tifhem kif se jirreaġixxi l-elettorat għall-fatt li Coleiro Preca tista’ tkun l-ewwel mara li tmexxi Partit politiku kbir. Madankollu se tkun diffiċli għall-avversarji politiċi li jiddemonizzawha.
Self-made
Coleiro Preca m’għandhiex rabtiet ma’ negozjanti u stinkat biex tilħaq nutar f’età kbira u għalhekk hemm ħafna x’tammira fiha bħala persuna li fil-ħajja waslet għax qadfet għal rasha.
Kontriha
Passat militanti
Coleiro Preca hi marbuta mal-passat militanti Laburista u għalhekk mhux bilfors li tinżel tajjeb ma’ l-elettorat moderat fejn l-MLP għandu problema.
Faqar
Id-diskors ta’ Coleiro Preca indirizzat ħafna drabi lejn ‘il-fqar’ inissel sens ta’ negattiviżmu f’dawk il-ħafna li jħossuhom li telgħu l-iskaluni tas-soċjetà u llum huma pjuttost komdi u jridu jisimgħu diskors differenti. |
Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
Julia Farrugia tintervista lill-Professur Anthony Zammit
Editorijal

Il Punt
Michael Briguglio

Toni Abela

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

|