MediaToday

Pjazzetta | 30 ta’ Marzu 2008 Nr 74

Il-Lukandiera mill-Bronk

Il-Lukandiera (La Locandiera) hi bla dubju waħda mill-iktar kummiedji popolari ta’ l-awtur Venezjan Carlo Goldoni li għex fis-Seklu 18.
Mirandulina (Rosann Zammit Cassar) hi lukandiera żagħżugħa mdorrija bl-attenzjoni u r-rigali ta’ rġiel sinjuri u nobbli li jmorru joqogħdu fil-lukanda tagħha. Meta jidħol fix-xena l-Kavallier ta’ Ripafratta, raġel nobbli u sinjur li jaħlef li ma jaħmilx lin-nisa għax skond hu huma kollha foloz, tibda tinħaraq għax jibda jittrattaha ħażin.
Jibda pjan biex tbiddillu fehimtu dwar in-nisa u twaqqgħu għaliha. Iżda mhux kulħadd jieħu gost bid-deċiżjoni li tkun ħadet, iktar u iktar meta ma jkunux jafu eżatt x’inhi tagħmel.
Bronk Productions għażlu grupp ta’ atturi stabbiliti u popolari mal-pubbliku, kemm fuq il-palk u kif ukoll mit-televiżjoni.
John Suda, li fil-bidu ta’ din is-sena kellu suċċess bħala attur fil-kummiedja Sulari fuq Strada Stretta fit-Teatru Manoel, se jagħmel il-parti tal-Kavallier Ta’ Ripafratta. Miegħu hemm ukoll Tonio Vella, il-Majsi, fil-parti tal-Konti Ta’ Albafiorita u Joseph Fenech (il-patri Ġilormu fi Fredu l-Fra u Roger f’Marvin) fil-parti ta’ Markiż bla flus u li l-ħin kollu jillitika mal-Konti sakemm dawn isiru alleati kontra dak li jidher se jisirqilhom lil Mirandulina.
Jieħdu sehem ukoll Josette Ellul u Stephanie Grech Mallia fil-parti ta’ żewġ nobbildami, Pierre Bonello, Sylvan Galea, Benny Casha u Clayton Xerri.
Il-Lukandiera tittella’ fit-Teatru ta’ l-Istitut Kattoliku nhar is-Sibt 12 ta’ April fis-7pm u l-għada l-Ħadd fit-3pm u fis-6.30pm. Il-biljetti jinxtraw mill-Istitut Kattoliku fil-Furjana (21238429, 21242551), Gelardu Kiosk tal-Belt (21220151), Bronk Productions (21223347), Tereza Mizzi ta’ Ħaż-Żabbar u Carmen Azzopardi tar-Rabat.

Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Intervista
Operazzjoni politika

Julia Farrugia tintervista lill-Professur Anthony Zammit



Il Punt
X’mar ħazin għall-AD?
Michael Briguglio


Toni Abela
Jeffrey Pullicino Orlando għandu jirriżenja?



Emmanuel Micallef
Tbaħbiħa mhux mesħa!


Carmelo Mifsud Bonnici

Il-bżonn ta’ riforma



X'kien Jgħid
U x’se nagħmlu bl-imqarbin?



Wenzu Mintoff

Fair play
Skond ma jgħidu, fil-gwerra l-Istorja tispiċċa dejjem tinkiteb min-naħa rebbieħa. B’hekk min ikun rebaħ dnubietu maħfura u jitgħattew kollha u min jitlef, id-dnubiet tiegħu jrid jiskorrihom sa l-inqas wieħed. Sta għalina li dan ma jkunx il-każ u l-istorja tinkiteb kif għandha tinkiteb b’mod sħiħ bit-tajjeb u l-ħażin kollu tagħha.


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan