Ittri | 30 ta’ Marzu 2008 Nr 74
Minn Eddy Privitera,
Mosta
Waħda mill-akbar ħasdiet li ħadt fl-aħħar elezzjoni ġenerali kienet in-nuqqas ta’ li Gavin Gulia jkun elett fil-Parlament. Nifhem ir-raġuni għaliex ġara hekk.
Inħsadt aktar meta smajt li Gulia – wieħed mill-aktar Deputati popolari li kellu l-Partit Laburista, mhux biss f’dawn l-aħħar 5 snin iżda anke meta kien iservi bħala Ministru u Segretarju Parlamentari fil-Gvern Laburista tan-1996-1998 – ma kienx se jikkontesta l-elezzjonijiet każwali.
Però ħadt nifs, u nifs qawwi, meta qrajt li iddeċieda li jikkontesta għall-kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit. Ċert li ħa din id-deċiżjoni għax minkejja d-diżappunt kbir li żgur għandu, li ma ġiex elett mill-ewwel fil-Parlament, l-imħabba li għandu għall-partit, għal kulmin jappoġġa lill-Partit Laburista u għal pajjiżna, xprunatu biex jikkontesta t-tieni kariga għolja li hemm fil-Partit Laburista – dik ta’ Deputat Mexxej. Nemmen li għal Partit, kariga bħal din hija ta’ importanza akbar minn dik ta’ Deputat Parlamentari.
Nemmen li jekk Gulia jingħata l-appoġġ tal-maġġoranza tad-delegati se jkun ta’ ġid kbir għall-Partit Laburista biex ħames snin oħra jingħata dak li suppost kien jixraqlu jingħata fit-8 ta’ Marzu 2008 – it-tmexxija ta’ pajjiżna! Id-disponabbiltà li jgħin lil kulmin jista’ żgur tkun f’moħħ id-delgati meta jiltaqgħu biex jagħżlu d-Deputat Mexxej għal-Affarijiet tal-Partit nhar it-12 ta’ Ġunju.
Waqt li m’għandix dubju li jista’ jkun hemm ħaddieħor li huma validi għal din il-kariga, m’għandix dubju li Gavin Gulia hu l-aħjar għażla għal din il-ħatra fil-Partit. |
|
Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
Julia Farrugia tintervista lill-Professur Anthony Zammit
Editorijal

Il Punt
Michael Briguglio

Toni Abela

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|