MediaToday

Ittri | 30 ta’ Marzu 2008 Nr 74

Gerada u l-Parlament Malti

Minn Edward Torpiano,
Floriana

Nixtieq inwieġeb ittra li ġġib l-isem ‘Torpiano u l-Parlament’ miktuba mill-korrispondent Mario Gerada. F’din l-imsemmija ittra qal ‘Alfred Sant dejjem tela’ fil-Parlament, anke meta ma kienx il-Kap tal-Partit Laburista mhux bħal Torpiano li qatt ma riduh li jkun fil-Parlament’.
Ngħid li mhux veru li Alfred Sant, bħala kandidat, dejjem kien elett fil-Parlament Malti anke meta ma kienx kap tal-Partit Laburista tant li, fl-Elezzjoni Ġenerali tat-22 ta’ Frar, 1992 Alfred Sant kien kiseb biss 14-il vot fl-ewwel għadd tal-voti validi fl-Ewwel Distrett Elettorali.
Fl-isfond ta’ dan kollu, wieħed jista’ jikkonkludi li dan l-korrispondent ma jaf xejn dwar statistika elettorali uffiċjali u huwa tajjeb biss biex ipeċlaq.
Bl-istess argument li s’issa, skond ċertu Gerada, lili ma ridunix fil-Parlament Malti, nistgħu ngħidu li Alfred Sant kien tassew serial loser (dejjem tellief) għax ma riduhx bħala Prim Minsitru ta’ Malta ħlief fl-Elezzjoni Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru, 1996 fejn, wara 22 xahar, fit-3 ta’ Awissu, 1998, xolja l-Parlament wara li waqt konferenza stampa li saret fix-xatt tal-Birgu kien mar jgħajjar lil Dom Mintoff “traditur”.

 

Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Intervista
Operazzjoni politika

Julia Farrugia tintervista lill-Professur Anthony Zammit



Il Punt
X’mar ħazin għall-AD?
Michael Briguglio


Toni Abela
Jeffrey Pullicino Orlando għandu jirriżenja?



Emmanuel Micallef
Tbaħbiħa mhux mesħa!


Carmelo Mifsud Bonnici

Il-bżonn ta’ riforma



X'kien Jgħid
U x’se nagħmlu bl-imqarbin?



Wenzu Mintoff

Fair play
Skond ma jgħidu, fil-gwerra l-Istorja tispiċċa dejjem tinkiteb min-naħa rebbieħa. B’hekk min ikun rebaħ dnubietu maħfura u jitgħattew kollha u min jitlef, id-dnubiet tiegħu jrid jiskorrihom sa l-inqas wieħed. Sta għalina li dan ma jkunx il-każ u l-istorja tinkiteb kif għandha tinkiteb b’mod sħiħ bit-tajjeb u l-ħażin kollu tagħha.


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan