MediaToday

Ittri | 30 ta’ Marzu 2008 Nr 74

Il-kaċċaturi żgur li ma daħħlu s-sikkina f’dahar xi ħadd

Minn Edward Decelis,
Seg. Ġenerali,
Moviment Kaċċaturi Nassaba Ambjentalisti

Il-kummenti ta’ “issa daqshekk kaċċa u nsib”, jew li issa “il-kaċċaturi jistgħu jidilku biż-żejt u jdendlu s-snieter tagħhom mal-ħajt, jew li jpoġguhom fil-vetrini”, li qed jingħadu minn sezzjoni ta’ nies, bħal donnu li bihom trid tingħata xi impressjoni,li l-istess kaċċaturi u nassaba kellhom xi tort jew ħtija fir-riżultat ta’ l-elezzjonijiet ġenerali li għaddew, fejn xi Partit jew ieħor tilef jew rebaħ l-istess elezzjonijiet.
Dan m’hu veru xejn, għax il-kaċċaturi u n-nassaba huma nies ċivili bħal ħaddieħor u li kapaċi jiddeċiedu fl-aħjar interessi tagħhom u f’dak li hu tajjeb għal pajjiżna.
Li ġara kien li xi sezzjonijiet mill-media imblukkaw il-leħen u fgaw il-vuċi tad-diriġenti li jmexxu l-għaqdiet tal-kaċċaturi u n-nassaba biex ma tħallewx iwasslu l-messaġġi tagħhom.
Il-Moviment Kaċċaturi Nassaba Ambjentalisti huwa mibni fuq il-volontarjat u ma jibbenefika mill-ebda għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewrope jew minn dik Governattiva, simili għal għaqdiet oħra.
Għaldaqstant l-uniċi mezzi limitati li għandu biex iwassal il-messaġġi tiegħu bihom huma biss dak fil-medja lokali. Dan dejjem jiġri wkoll jekk id-diriġenti ta’ l-istess medja jkunu ftit ġenerużi magħna.
Fil-jiem ta’ l-aħħar l-elezzjonijiet ġenerali tal-pajjiż il-moviment MKNA xtaq iwassal messaġġ ċar lill-membri attivi tiegħu u oħrajn. Sar ħafna xogħol ta’ kitba u letterattura oħra li però għall xi raġuni ftit mill-edituri għoġobhom li joħonqu dawn il-messaġġi u spiċċaw intremew fil-waste paper basket, minflok ma twasslu għall-attenzjoni tal-qarrejja.
Minkejja dan kollu xejn u ħadd m’hu se jżomm lil MKNA milli jesprimi ruħu b’mod miftuħ jew milli jitwassal xi messaġg dirett kemm lejn l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż u kemm dak ta’ attenzjoni għall istess kaċċaturi u nassaba.
Il-kaċċaturi u n-nassaba d-dover tagħhom għamluh, u ma taw jew daħħlu s-sikkina f’dahar ħadd u r-riżultat ta’ l-aħħar elezzjonijiet ġenerali, kien dak li kien u ma seħħx b’xi kumbinazzjoni tagħhom imma jirrefletti l-ħsad ta’ dak li nżera’ u frott ta’ dak li nħema, jew ta’ dawk li baqgħu lura, u s-sehem tagħhom ma tawhx.

 

Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Intervista
Operazzjoni politika

Julia Farrugia tintervista lill-Professur Anthony Zammit



Il Punt
X’mar ħazin għall-AD?
Michael Briguglio


Toni Abela
Jeffrey Pullicino Orlando għandu jirriżenja?



Emmanuel Micallef
Tbaħbiħa mhux mesħa!


Carmelo Mifsud Bonnici

Il-bżonn ta’ riforma



X'kien Jgħid
U x’se nagħmlu bl-imqarbin?



Wenzu Mintoff

Fair play
Skond ma jgħidu, fil-gwerra l-Istorja tispiċċa dejjem tinkiteb min-naħa rebbieħa. B’hekk min ikun rebaħ dnubietu maħfura u jitgħattew kollha u min jitlef, id-dnubiet tiegħu jrid jiskorrihom sa l-inqas wieħed. Sta għalina li dan ma jkunx il-każ u l-istorja tinkiteb kif għandha tinkiteb b’mod sħiħ bit-tajjeb u l-ħażin kollu tagħha.


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan