MediaToday

Aħbarijiet | 30 ta’ Marzu 2008 Nr 74

Il-MEPA teħtieg riforma

Minn David Pisani,
Tezorier/Attivitajiet u Distribuzzjoni

Żminijietna - Leħen ix-Xellug, laqgħet id-deċiżjoni tal-Gvern biex jiffriża d-deċiżjonijiet tal-MEPA biex din tiġi riformata, għalkemm dejjem emminna li din id-deċiżjoni missha ilha li ttieħdet żmien ilu wara deċiżjonijiet inaċċettabbli għal żvilupp bħal dak tas-supermarket f’Ħal-Safi; il-pompa tal-petrol f’Ta’ Buqana u l-outline development permit għal nightclub fil-Mistra.
Qed nappellaw lill-Gvern biex jimplementa ruling biex, ħlief għal żvilupp soċjali b’importanza urġenti u nazzjonali, kull żvilupp li jaqa’ barra l-konfini ta’ żvilupp u/jew li jmur kontra l-policies tal-MEPA jiġi rifjutat minnufih.
Fost l-iżvilupp li għandu jiġi rrifjutat hemm il-proposta ta’ yacht marina u villaġġ turistiku ġewwa Ħondoq ir-Rummien; l-iżvilupp ta’ aparthotel fuq art verġni fil-Mellieħa, l-iżvilupp ta’ vilel u appartamenti lussużi f’Ta’ Ċenċ u l-iżvilupp ta’ nightclub fil-Mistra. Proposti għall-iżvilupp ta’ lukandi għandhom jiġu ikkunsidrati biss jekk jinvolvi siti li diġà ntużaw għall-żvilupp turistiku, bħas-sit tal-Jerma Palace u m’għandhomx jieħdu iktar art verġni.
Żminijietna temmen ukoll li l-MEPA tirrikjedi bidliet radikali fil-mod kif jittieħdu d-deċiżjonijiet. Iċ-ċittadin komuni għandu jkollu s-saħħa kontra żviluppaturi li għadhom igawdi minn poter sproporzjonat irrispettivament mill-bidliet riċenti fil-liġi dwar xogħol ta’ kostruzzjoni.
Tinħtieġ parteċipazzjoni akbar mis-soċjetà ċivili fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u fil-proċess ta’ l-infurzar. B’hekk jiġu rappreżentati setturi bħal dawk soċjali, ambjentali, ekonomiċi, ta’ l-ippjanar, agrikoli, lokali, governattivi u oħrajn. Fl-aħħar mill-aħħar nisħqu li l-ebda Gvern m’għandu jaħsel idejh mir-responsabilitajiet soċjali u ambjentali.

 

Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Intervista
Operazzjoni politika

Julia Farrugia tintervista lill-Professur Anthony Zammit



Il Punt
X’mar ħazin għall-AD?
Michael Briguglio


Toni Abela
Jeffrey Pullicino Orlando għandu jirriżenja?



Emmanuel Micallef
Tbaħbiħa mhux mesħa!


Carmelo Mifsud Bonnici

Il-bżonn ta’ riforma



X'kien Jgħid
U x’se nagħmlu bl-imqarbin?



Wenzu Mintoff

Fair play
Skond ma jgħidu, fil-gwerra l-Istorja tispiċċa dejjem tinkiteb min-naħa rebbieħa. B’hekk min ikun rebaħ dnubietu maħfura u jitgħattew kollha u min jitlef, id-dnubiet tiegħu jrid jiskorrihom sa l-inqas wieħed. Sta għalina li dan ma jkunx il-każ u l-istorja tinkiteb kif għandha tinkiteb b’mod sħiħ bit-tajjeb u l-ħażin kollu tagħha.


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan