MediaToday

Editorjal | 30 ta’ Marzu 2008 Nr 74

Bla kaċċa fir-rebbiegħa

Il-ħolma ta’ ħafna nies hi li din tkun l-ewwel rebbiegħa li fiha ma ssirx kaċċa. Mhix ħolma ta’ barra minn hawn għax jekk pajjiżna jimplimenta d-direttivi ta’ l-Unjoni Ewropea m’hemm l-ebda triq oħra ħlief li jitwaqqfu għal kollox il-kaċċa u l-insib fir-rebbiegħa.
Malta hi obbligata li timxi mad-Direttiva tal-Għasafar li bl-iktar mod ċar ma tħallix kaċċa ssir fir-rebbiegħa. Pajjiżna m’għandu l-ebda deroga speċjali u d-Direttiva ma tħalli l-ebda lok għal interpretazzjoni differenti.
L-uniku tieqa fid-Direttiva li tippermetti xi forma ta’ kaċċa fir-rebbiegħa hi intiża f’każ li xi pajjiż ikollu jiddisturba l-ambjent naturali għax ikun se jsir xi proġett. Madankollu l-pajjiż irid jiġġustifika d-deċiżjoni tiegħu u t-tieqa ma tippermettix li jinfetaħ staġun sħiħ sena wara l-oħra.
Minkejja li mill-2004 sas-sena li għaddiet il-Gvern dejjem fetaħ l-staġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa, dan sar kontra d-direttivi Ewropej tant li l-Kummissjoni issa bdiet proċeduri kontra pajjiżna.
Din is-sena jidher li l-Gvern għadu qed jaħsibha x’se jagħmel. Minkejja li ż-żmien li fih is-soltu jiftaħ l-istaġun tal-kaċċa jinsab magħna, il-Gvern għadu ma ħabbar l-ebda deċiżjoni.
Nistennew li l-Gvern iżomm l-istaġun magħluq u b’hekk ma jibqax iħammrilna wiċċna mal-Kummissjoni Ewropea. Iżda l-irġulija titlob li d-deċiżjoni titħabbar mill-aktar fis possibbli ħalli kulħadd ikun jaf fejn qiegħed.
Min-naħa l-oħra l-Gvern għandu jiżgura li l-forzi ta’ l-ordni jkunu ippreparati sew biex jilqgħu għal kull abbuż li jistgħu jwettqu l-kaċċaturi jekk l-istaġun jibqa’ magħluq.
Jekk hemm bżonn għandha tintuża wkoll l-armata biex tagħmel ir-rondi fil-kampanja u mas-siti storiċi li fil-passat sfaw vittmi tal-vandali.
L-esperjenza wriet li ma’ din il-kategorija ta’ nies ma jistgħux jintużaw l-ingwanti tal-ħarir. Illum, bis-saħħa elettorali tal-kaċċaturi, tisfuma fix-xejn, kif wera r-riżultat ta’ l-elezzjoni, il-partiti l-politiċi l-kbar m’għandhom xejn x’jitilfu u għalhekk iż-żegħil mal-kaċċaturi jista’ jieqaf darba għal dejjem.
Nittamaw li din ir-rebbiegħa tkun tassew waħda fejn il-familji Maltin ikunu jistgħu joħorġu jgawdu l-kampanja mingħajr biża’ li jaqilgħu xi tir jew ikunu mkeċċijin b’mod goff mill-kaċċaturi.

Bojkott Olimpiku
Illum kulħadd fil-Punent iffissat biex jitħabbeb maċ-Ċina għal raġunijiet ta’ kummerċ. M’hemm xejn ħażin b’dan iżda l-isfortuna hi li ħafna drabi ninsew li fiċ-Ċina, moħbija wara s-suċċess ekonomiku u l-ġid materjali li qed jinħoloq, hemm ukoll realtà oħra ta’ poplu mgħakkes minn tmexxija li ma tippermettix kritika.
Din ir-realtà reġgħet tfaċċat fuq l-iskrins tat-televixin tagħna fil-ġimgħat li għaddew meta dimostranti fit-Tibet twaqqfu bil-vjolenza mill-forzi ta’ l-ordni Ċiniżi.
It-Tibet ilu maħkum miċ-Ċina mill-Ħamsinijiet u l-okkupazzjoni ħadet il-forma ta’ invażjoni kulturali apparti militari. Iċ-Ċina għamlet minn kollox biex ixxejjen it-tradizzjonijiet u l-kultura tal-poplu tat-Tibet li hu ġens kwiet li dejjem iġġieled l-oppressjoni b’mod paċifiku.
Imma din id-darba fil-kapitali Lhasa n-nies ipprotestaw. Ma beżgħux. U b’hekk waqgħet fuqhom l-id tal-ħadid.
Nistennew li l-Unjoni Ewropea tieħu pożizzjoni ċara dwar dan l-abbuż tad-drittijiet tal-bniedem u mossa li tista’ tpoġġi pressjoni kbira fuq iċ-Ċina hi li jsir bojkott taċ-ċerimonja tal-ftuħ ta’ l-Olimpjadi li se jsiru fiċ-Ċina f’Awissu li ġej.
Nemmnu li Malta għandha tmexxi ’l quddiem din l-idea fl-istrutturi Ewropej.

 

Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Intervista
Operazzjoni politika

Julia Farrugia tintervista lill-Professur Anthony Zammit



Il Punt
X’mar ħazin għall-AD?
Michael Briguglio


Toni Abela
Jeffrey Pullicino Orlando għandu jirriżenja?



Emmanuel Micallef
Tbaħbiħa mhux mesħa!


Carmelo Mifsud Bonnici

Il-bżonn ta’ riforma



X'kien Jgħid
U x’se nagħmlu bl-imqarbin?



Wenzu Mintoff

Fair play
Skond ma jgħidu, fil-gwerra l-Istorja tispiċċa dejjem tinkiteb min-naħa rebbieħa. B’hekk min ikun rebaħ dnubietu maħfura u jitgħattew kollha u min jitlef, id-dnubiet tiegħu jrid jiskorrihom sa l-inqas wieħed. Sta għalina li dan ma jkunx il-każ u l-istorja tinkiteb kif għandha tinkiteb b’mod sħiħ bit-tajjeb u l-ħażin kollu tagħha.


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan