MediaToday

Aħbarijiet | 30 ta’ Marzu 2008 Nr 74

George Abela

FIL-PARTIT

Favurih
Simpatija fil-GWU
Aktar milli fi ħdan l-MLP, Abela għadu jgawdi simpatija kbira fi ħdan il-GWU li tista’ tkun riflessa b’xi mod fost uħud mid-delegati tal-MLP li fil-biċċa l-kbira minnhom huma membri ta’ l-union.

Twissija li seħħet
Meta telaq fl-1998 Abela kien wissa li l-Partit kien se jitlef l-elezzjoni u se jbati biex jirkupra. Anki jekk dak li għamel Abela dakinhar ma niżilx tajjeb mad-delegati t-twissija tiegħu saret realtà u tista’ tqanqal l-argument li l-avukat ‘kellu raġun.’

Kontrieh
Kaptan tal-bnazzi
It-tluq ta’ George Abela minn Deputat Mexxej fis-sajf imqalleb ta’ l-1998 lejlet elezzjoni bikrija ħalla togħma qarsa ħafna f’ħalq ħafna delegati.

Mexxej fl-2003
Wara t-telfa ta’ l-2003 kien hemm għajta sħiħa fl-MLP biex George Abela jikkontesta lil Alfred Sant għat-tmexxija tal-partit imma l-avukat evita l-konfront għax stenna li jsib is-sodda mifruxa.

Bla għeruq
Illum Abela għandu ħafna inqas għeruq fil-partit u l-uniċi nies li fil-pubbliku qed jitkellmu favur il-ħatra tiegħu huma Laburisti maqtugħin mill-Partit Laburista li qajla jista’ jkollhom influwenza fuq id-delegati.

Kundizzjoni
Ix-xewqa ta’ Abela biex il-votazzjoni għall-ħatra ta’ mexxej titwessa ħalli tinkludi wkoll lit-tesserati tal-partit mhux bilfors niżlet tajjeb mad-delegati (li sa llum għandhom dan il-poter). Apparti dan Abela deher qisu jrid ibiddel ir-regoli tal-logħba għax hekk jaqbel lilu.

BARRA L-PARTIT

Favurih
Moderat
Anki jekk ftit tkellem fil-pubbliku fuq materja politika, Abela meqjus bħala moderat fil-kliem u l-aġir.

Kredenzjali Ewropej
L-involviment dirett ta’ Abela fil-Meusac meta kienu qed isiru n-negozjati bejn Malta u l-UE wara l-1998 warrbu kull dell li seta’ kellu minħabba l-involviment tiegħu fil-Gvern Laburista li rtira l-applikazzjoni għal sħubija. L-eks Prim Ministru Eddie Fenech Adami saħansitra kien irringrazzjah pubblikament għax-xogħol tiegħu waqt in-negozjati.

Rispett fost il-ħaddiema
Minkejja l-antipatija li għandhom l-ogħla uffiċjali tal-GWU għal Abela, hu għadu rispettat ħafna mill-ħaddiema membri ta’ l-union u kull darba li kien hemm kwistjoni taħraq mal-Gvern bħall-Air Malta u l-ħaddiema tax-xatt dejjem intalab mill-ħaddiema biex jinnegozja f’isimhom. Għall-MLP il-membri tal-GWU huma bażi importanti ħafna.

Kontrieh
L-età
Illum Abela għandu 60 sena u għalhekk l-età tista’ tkun fattur kontrieh fil-logħba tad-dehra fl-elezzjoni li jmiss.

Simili għal Gonzi
Jista’ jkun hemm min jargumenta ‘għalfejn tbiddel’ meta Abela u Lawrence Gonzi huma simili ħafna fil-kontenut u d-dehra.

Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Intervista
Operazzjoni politika

Julia Farrugia tintervista lill-Professur Anthony Zammit



Il Punt
X’mar ħazin għall-AD?
Michael Briguglio


Toni Abela
Jeffrey Pullicino Orlando għandu jirriżenja?



Emmanuel Micallef
Tbaħbiħa mhux mesħa!


Carmelo Mifsud Bonnici

Il-bżonn ta’ riforma



X'kien Jgħid
U x’se nagħmlu bl-imqarbin?



Wenzu Mintoff

Fair play
Skond ma jgħidu, fil-gwerra l-Istorja tispiċċa dejjem tinkiteb min-naħa rebbieħa. B’hekk min ikun rebaħ dnubietu maħfura u jitgħattew kollha u min jitlef, id-dnubiet tiegħu jrid jiskorrihom sa l-inqas wieħed. Sta għalina li dan ma jkunx il-każ u l-istorja tinkiteb kif għandha tinkiteb b’mod sħiħ bit-tajjeb u l-ħażin kollu tagħha.


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan