MediaToday

X'kien jgħid? | 23 ta’ Marzu 2008 Nr 73

Vixxri

O kemm inti kiefer, ja destin tiegħi. Ili nistenna bil-ħniena dawk is-snin kollha biex forsi nerġa’ lura lejn dik l-art ħelwa u ntemm it-turufnament tiegħi hawnhekk u issa jkolli nistenna ta’ l-inqas ħames snin oħra jekk nibqgħu mal-ħajjin. Ili minn żewġt iħdud ilu ma nistax ninqala’ minn mal-loki bil-vixxri li ħakmuni. Issa hawnhekk għandek tkun taf li fl-Egittu l-lokijiet mhux bħal ta’ Malta bil-vaska tpoġġi fuqha imma speċi ta’ ħofra fl-art li trid timmira għal ġo fiha. Tista’ timmaġina kif tispiċċa taqla’ fwiedek, kokka m’għandekx ma xiex isserraħ. Imn’Alla hawnhekk il-lumi jikber bl-addoċċ u taqbad u taqta’ bla xkiel ta’ xejn. Kien il-lumi li żammni u l-ispeċi ta’ galletti li jagħmlu hawnhekk għax għal naqra ma spiċċajtx diżintegrat fil-vixxri tiegħi stess.

Fatati
Għaddew kważi ġimagħtejn minn meta qlajna l-aħħar damdima u ma jista’ jgħaddili b’xejn. Bil-lejl ma nistax nagħlaq għajn m’għajn u l-ftit li jirnexxieli norqod qed nispiċċa noħlom bl-iħirsa u fatati b’wiċċ Fenech Adami u Duminku Mintoff. Aħjar qlajna tkaxkira nobis b’distakk ta’ xi 20,000 vot milli tlifna bi ħmerija ta’ 800 vot. Ikolli nammetti li ħadtha bi kbira wisq din id-darba u fl-età vernerabbli li għandi ma flaħtx għal telfa oħra. Ħlift li nagħmel ħuġġieġa kbira mill-kotba, gazzetti u imbarazz ieħor li għandi tal-politka u nrodd salib f’wiċċ kulħadd u se nibda nġemma’ l-bebbux, l-imħar u l-koċċli.

Eġemonija
Nistħajlek tistaqsini inti minn dak ’il bogħod kollu x’tiġi taqa’ u tqum mill-intriċċi u barumbati tal-politka Maltija. Kif diġà għidtlek iktar qabel, jien ħaj, tad-demm u l-laħam, u ridt immur lura Malta b’dak kollu li nemmen u ma nemminx u mhux nibqa’ mortalizzat fi statwa tal-bronz moħbija bejn is-siġar tajba biss biex imerrqu fuqha l-għasafar. Ir-riżultat ta’ l-elezzjoni f’Malta tani kedda ġmielha għax ma nista’ qatt naċċetta li biex tirbaħ lin-Nazzjonalisti trid ta’ bilfors issir Nazzjonalist bħalhom. Bħal dak li qallu n-Nazzjonalisti mhux diġà infiltraw biżżejjed fil-ġerarkiji tal-Partit Laburista. Il-predominju Nazzjonalista fix-xena politka Maltija tant hu qawwi li jekk ma toqogħdux attenti se jispiċċa jeġemonizza u jinfiltra lill-istess Partit Laburista, imbagħad veru jkun spicca kollox.

Laburisti Maltin
Il-Laburisti f’Malta tilfu elezzjoni wara l-oħra mhux għax il-Laburiżmu m’għadux rilevanti għal Malta. Il-Laburiżmu f’Malta bħal fil-bqija tad-dinja kien jeħtieġ li jgħaddi minn proċess kontinwu ta’ aġġornament u reviżjoni. Imma żgur u mhux forsi ma kinux il-prinċipji laburisti li tellfu elezzjoni wara l-oħra imma fost l-oħrajn karenzi fl-istrutturi u fl-organizzazzjoni, in-nuqqas ta’ komunikazzjoni u kariżma ta’ ċerti mexxejja, il-perċezzjoni żbaljata li ngħatat li qisu l-politka hi biss eżerċizzju fl-ippjanar u l-management u s-sens ta’ inferjorità fil-mod kif il-Laburisti jħarsu lejn l-avversarji tagħhom in-Nazzjonalisti qishom dawn għandhom xi mudell politiku superjuri u rebbieħ fuq kulħadd.
Tridu toqogħdu attenti f’Malta li ma jiġrilkomx bħalma jiġri hawnhekk fl-Eġittu, fejn ukoll isiru l-elezzjonijiet minn żmien għal żmien li ivarjabbilment dejjem jispiċċaw jintrebħu mill-partit ta’ Hosni Mubarak. Biżżejjed ftit maniġġi u manipulazzjonijiet u tqassim ’l hemm u ’l hawn ta’ boqxiex u perkaċċi biex l-elezzjoni dejjem tispiċċa ddur favur il-partit dominanti. Ħudu l-parir tiegħi Laburisti sħabi tilagħbux il-logħba tan-Nazzjonalisti billi tippruvaw tkunu bħalhom. L-ewwelnett qatt ma tistgħu tkunu bħalhom u jekk għas-saħħa ta’ l-argument tispiċċaw tkunu bħalhom u tirbħu l-elezzjoni, mhux inthom li tkunu rbaħtu u xorta jkunu rebħu huma. X’jiswa li Tony Blair rebaħ tliet elezzjonijiet in fila biex spiċċa qisu l-filjozz ta’ Maggie Thatcher imfaħħar minnha u l-fantoċċ ta’ Mr. Bush?
Ħuti Laburisti Maltin, tippruvawx tilagħbu l-partita demokratika b’regoli ddettati minn Nazzjonalisti. Ngħidu aħna bħal fil-każ tal-ġbir tal-flus għall-partiti mingħand negozjanti u kuntratturi. Ara kif qatt xi darba tistgħu tikkompetulhom lin-Nazzjonalisti!? Meta tiffinanzjaw lill-partit tagħkom b’dan il-mod, apparti li tkunu fil-fehma tiegħi qed tipprostitwixxu rwieħkom, lin-Nazzjonalisti qatt ma tistgħu tirbħulhom fil-grawnd tagħhom. Insistu kemm tifilħu biex tinqata’ darba għal dejjem din il-prostituzzjoni fil-politka mal-kuntratturi u n-negozjanti u isħqu fuq qafas legali fejn ikun hemm il-finanzjament tal-partiti mill-Istat flimkien ma’ regoli stretti dwar kontabbilità u trasparenza.
Kuraġġ, kuraġġ u iktar kuraġġ. Agħmlu kull m’hemm bżonn biex tiksbu l-appoġġ tal-maġġoranza tal-Maltin u l-Għawdxin. Imma tiċħdu qatt il-prinċipji Laburisti għax dawn kienu, għadhom u jibqgħu rilevanti u bżonnjużi għal Malta.
Ħa mmur niekol biċċa figolla milli għamilna fil-kamp u nitlob lil Alla li ma tkomplix tiftaħni. L-Għid it-Tajjeb lil kulħadd.

 

Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Intervista

It-tbatija, il-ħelsien u l-ħajja

Sabrina Agius tintervista lil Patri Hilary Tagliaferro


Editorijal
Politika tal-ħabi


Il Punt
X’mar ħazin għall-AD?
Michael Briguglio



Emmanuel Micallef
Ir-rebħa b’sintomi ta’ telfa!


Carmelo Mifsud Bonnici

Poplu mimli enerġija



X'kien Jgħid
Vixxri



Wenzu Mintoff

L-Irxoxt li ma ħariġx
Ħames snin ilu kont għamilt speċi ta’ mħatra jew wegħda, għidilha li trid, li jekk il-Partit jirbaħ l-elezzjoni mmur nerfa’ fl-Irxoxt ta’ Bormla. Żgur mhux fil-ġirja imma anki b’nifsi maqtugħ, fit-telgħa tat-Triq l-Oratorju fejn konna noqogħdu.


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan