Aħbarijiet | 23 ta’ Marzu 2008 Nr 73
Julia Farrugia
jfarrugia@mediatoday.com.mt
Għal dawk li setgħu iddiżappuntaw irwieħhom li ċerti stejjer waqfu, Angelik Caruana u l-appuntamenti tiegħu mal-‘Madonna’ għadhom għaddejjin. Issa Caruana qed isostni li l-‘Madonna’ għamlitlu żewġ stediniet għall-festi tal-Għid.
Angelik, ir-raġel minn Birżebbugia fiċ-ċentru ta’ kontroversja mħawra, ilu sa mill-1 ta’ Diċembru 2006 jinsisti li l-‘Madonna’ qed tidhirlu b’mod regolari f’Borg in-Nadur. Qabel u fix-xhur ta’ wara r-raġel sostna li statwa tal-Madonna li kellu d-dar tiegħu bkiet.
Iżda fit-18 ta’ Marzu 2007 din il-gazzatta żvelat kif dokument intern tal-Kurja kixef li testijiet tad-DNA ikkonfermaw li d-demm fuq ħaddejn l-istatwa kien kompatibbli ma’ ta’ Angelik Caruana. Studji oħra li saru, fosthom dawk ikkummissjonati mill-Kurja ta’ Malta, ma sabu l-ebda evidenza sopranaturali. Analiżi li saret fuq likwidu madwar l-istatwa instab li mhu xejn għajr żejt tat-tisjir.
Imma minkejja li nkixfu dawn l-affarijiet Angelik Caruana mhux qed jiddiżappunta lis-segwaċi tiegħu tant li għall-festi ta’ l-Għid qed jgħid li l-‘Madonna’ għamlitlu stedina biex illum imur jitlob ir-rużarju fuq l-għolja ta’ Borg in-Nadur. L-appuntament ingħata għat-tard, fit-8.00pm.
Skond Caruana l-‘Madonna’ tagħtu appuntament ieħor, din id-darba għal bħal-lum ġimgħa, il-Ħadd 30 ta’ Marzu, ħdejn il-Heliport t’Għawdex. Jekk il-‘Madonna’ se terġa’ tidher f’Għawdex allura din se tkun it-tieni dehra tagħha fil-gżira tat-Tliet Għoljiet f’anqas minn tliet xhur! |
|
Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
Sabrina Agius tintervista lil Patri Hilary Tagliaferro
Editorijal

Il Punt
Michael Briguglio

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|