Aħbarijiet | 23 ta’ Marzu 2008 Nr 73
Sabrina Agius
sagius@mediatoday.com.mt
L-abort għal darb’oħra jista’ jispiċċa fuq l-aġenda politika wara li f’rapport tal-Kunsill ta’ l-Ewropa ippubblikat din il-ġimgħa sar suġġeriment biex fis-47 pajjiż membru, inkluża Malta, l-abort ma jibqax jitqies bħala reat kriminali.
Dan ir-rapport ġie ippreżentat mill-Kumitat ta’ l-Opportunitajiet Indaqs bejn Nisa u Rġiel ta’ l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill ta’ l-Ewropa (PACE) u mistenni jkun diskuss bejn l-14 u t-18 ta’ April 2008.
Id-dokument jgħid li l-istati membri għandhom “jiggarantixxu d-dritt li n-nisa jkunu jistgħu jabortixxu kif ukoll jaġevolaw l-aċċess ħieles għall-abort protett.”
Skond l-awtriċi tar-rapport, il-ministru Awstrijaka Gisela Wurm, l-abort fit-teorija hu aċċessibbli f’kull stat membru tal-Kunsill Ewropew, minbarra f’Andorra, f’Malta, fl-Irlanda u fil-Polonja.
Ir-rapport jgħid li “PACE ma jħossx li jekk ikun hemm projbizzjoni, dan ma jfissirx li se jkun hemm każijiet inqas ta’ abort, iżda dan min-naħa l-oħra jwassal biex ikun hemm lok għall-abort irregolari, li jista’ jkun iktar trawmatiku u perikoluż.”
Ir-rapport jgħid ukoll li l-abort m’għandux jitqies bħala mezz ta’ kontroll tat-twelid u ippjanar tal-familja u kemm jista’ jkun għandu jiġi evitat.
Wurm ittenni li għandu jkun hemm iktar għarfien u aċċess faċli għall-mezzi ta’ kontraċezzjoni bi prezz raġjonevoli u tissuġġerixxi wkoll l-introduzzjoni ta’ l-edukazzjoni sesswali għat-tfal fl-iskejjel.
Il-Membri Parlamentari li jirrappreżentaw lil Malta fi ħdan il-kumitat, Joe Debono Grech u Jeffrey Pullicino Orlando, ma kinux preżenti matul il-laqgħa li saret fil-11 ta’ Marzu li għadda meta ippubblikat ir-rapport peress li l-Parlament Malti għadu mhux kostitwit.
|
|
Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
Sabrina Agius tintervista lil Patri Hilary Tagliaferro
Editorijal

Il Punt
Michael Briguglio

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|