Aħbarijiet | 23 ta’ Marzu 2008 Nr 73
Franica Pulis
fpulis@mediatoday.com.mt
Għal kuntrarju ta’ dak li ħafna jaħsbu, l-irġiel Maltin jaqraw aktar kotba min-nisa, anki jekk in-norma Ewropea hi l-kontra.
Skond l-istatistika tal-Eurostat, donnu n-nisa Maltin għandhom l-istess tendenzi li għandhom dawk Taljani għax aħna l-uniċi żewġ pajjiżi Ewropej fejn l-irġiel jaqraw iktar min-nisa minkejja li d-differenza hi b’wieħed fil-mija biss. Is-sena li għaddiet 45 fil-mija tan-nisa missew ta’ l-inqas ktieb wieħed b’idejhom, 29 fil-mija nqas min-nisa Ewropej u l-iżgħar numru fost il-pajjiżi Ewropej kollha. Il-pajjiżi l-oħra kollha għandhom aktar min-nofs il-popolazzjoni femminili li qrat ktieb wieħed f’sena inkluż il-Portugall, il-pajjiż ta’ qabilna li għandu l-inqas nisa li jaqraw.
Fil-każ ta’ l-irġiel Maltin huma wkoll huma l-inqas fost l-Ewropej li jaqraw, b’46 fil-mija, 21 fil-mija nqas mir-rata ta’ l-irġiel Ewropej. Fl-istess ilma hemm il-Portugall u l-Bulgarija. Il-kotba l-aħjar li jmorru hu fl-Isvezja bi 92 fil-mija għan-nisa u 81 fil-mija għall-irġiel.
Fejn jidħol sports, is-sena li għaddiet kwart tan-nisa Maltin attendew għal attività sportiva. Għalkemm in-numru jidher żgħir, hu biss erbgħa fil-mija inqas minn dak Ewropew u daqs dak ta’ Spanja. Fil-fatt hemm sitt pajjiżi Ewropej li għandhom inqas nisa li jżuru attivitjiet sportivi bl-agħar fosthom il-Bulgarija (12%), Greċja u Ċipru (18%) u r-Rumanija (19%). L-iktar nisa akkaniti għall-isport huma l-Islovakki b’47 fil-mija li attendew is-sena li għaddiet u warajhom l-Isvediżi b’45 fil-mija.
Bħalma wieħed jistenna ċ-ċifra ta’ l-irġiel Maltin hi ogħla b’54 fil-mija, wieħed fil-mija aktar minn dik Ewropea. L-irġiel Irlandiżi, Awstrijaċi u Slovakki huma fost l-aktar akkaniti mill-Ewropa b’77 fil-mija li jattendu għall-attivitajiet sportivi. L-inqas interessati huma l-Bulgari b’36 fil-mija u r-Rumanija b’42 fil-mija.
Fejn jidħol divertiment in-nisa Maltin jaraw anqas films fiċ-ċinema mill-irġiel, għalkemm hi norma Ewropea. Ir-rata għan-nisa hi ta’ 45 fil-mija, ħamsa fil-mija nqas minn dik Ewropea, filwaqt li l-irġiel iżuru ċ-ċinema b’54 fil-mija, wieħed fil-mija aktar mir-rata Ewropea. L-irġiel Bulgari u n-nisa Rumeni huma fost l-inqas li jżuru ċ-ċinemas b’21 fil-mija biss. F’dan
il-qasam l-Isvezja wkoll tmur minn fuq bi 72 fil-mija
għan-nisa u 70 fil-mija
għall-irġiel.
It-teatru wkoll hu aktar favorit ma’ l-irġiel Maltin, b’26 fil-mija li jattendu, tnejn fil-mija aktar min-nisa. Fl-Ewropa huma aktar in-nisa li jħobbu t-teatru b’34 fil-mija u l-irġiel b’29 fil-mija. L-inqas iħobbu jaraw teatru huma l-irġiel Pollakki u n-nisa Portugiżi. |
|
Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
Sabrina Agius tintervista lil Patri Hilary Tagliaferro
Editorijal

Il Punt
Michael Briguglio

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|