MediaToday

Aħbarijiet | 23 ta’ Marzu 2008 Nr 73

Jirtira qabel l-elezzjoni u jerġa’ lura l-għada tar-rebħa

Julia Farrugia

Anthony Vella, Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, l-għada ta’ l-elezzjoni reġa’ lura għall-bank tax-xogħol anke jekk ftit qabel l-elezzjoni kien inbdielu l-proċess ta’ l-irtirar mix-xogħol.
Informazzjoni li għandha Illum tikkonferma li Vella kellu jibqa’ Segretarju Permanenti f’Kastilja sa l-aħħar tal-leġislatura li għaddiet. Tant hu hekk li fil-ġimgħat ta’ qabel l-elezzjoni ġenerali kienu diġà bdew il-proċeduri biex ir-raġel jirtira mill-impjieg. Iżda eżatt wara r-rebħa tal-Partit Nazzjonalista Anthony Vella reġa’ tfaċċa Kastilja.

Ikkuntattjat minn din il-gazzetta l-Uffiċċju tal-Prim Ministru ikkonferma li “it-talba għall-irtirar ġiet irtirata temporanjament fl-interess pubbliku.”
Ir-raġuni li qed tingħata hi li “wara l-elezzjoni Anthony Vella ġie mitlub mis-Segretarju Permanenti Ewlieni biex jikkunsidra jibqa’ fix-xogħol għal tliet xhur oħra biex ikun jista’ jgħin lill-Amministrazzjoni l-ġdida sakemm toqgħod.”
L-istess sorsi qalu lil din il-gazzetta li oriġinarjament Anthony Vella kien wera x-xewqa li jirtira fl-aħħar tal-2007 u hu seta’ jagħmel dan għax għalaq is-60 sena. Minn Kastilja sostnew li “billi mhux idoneju li jinħatar Segretarju Permanenti ftit xhur qabel l-elezzjoni, Vella kien ġentilment aċċetta li jkompli bħala Segretarju Permanenti sa l-aħħar tal-Leġislatura.”
Iżda eżatt wara r-rebħa tal-Partit Nazzjonalista l-folja reġgħet daret lura u minn Kastilja issa qed jgħidu li “is-Sur Vella kien mitlub jipposponi l-irtirar tiegħu fl-interess tas-servizz pubbliku.”

 

Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Intervista

It-tbatija, il-ħelsien u l-ħajja

Sabrina Agius tintervista lil Patri Hilary Tagliaferro


Editorijal
Politika tal-ħabi


Il Punt
X’mar ħazin għall-AD?
Michael Briguglio



Emmanuel Micallef
Ir-rebħa b’sintomi ta’ telfa!


Carmelo Mifsud Bonnici

Poplu mimli enerġija



X'kien Jgħid
Vixxri



Wenzu Mintoff

L-Irxoxt li ma ħariġx
Ħames snin ilu kont għamilt speċi ta’ mħatra jew wegħda, għidilha li trid, li jekk il-Partit jirbaħ l-elezzjoni mmur nerfa’ fl-Irxoxt ta’ Bormla. Żgur mhux fil-ġirja imma anki b’nifsi maqtugħ, fit-telgħa tat-Triq l-Oratorju fejn konna noqogħdu.


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan