MediaToday

Pjazzetta | 23 ta’ Marzu 2008 Nr 73

Traċċi ta’ umanità

Visage hi wirja ta’ disinni, inċiżjonijiet, pitturi u skulturi ta’ l-Ispanjol Francesco Astiaso Garcìa u l-Malti Jesmond Vassallo. Wara Bodies, wirja oħra kollettiva li ħa sehem fiha Vassallo fil-Mużew ta’ l-Arti fil-Belt, Visage tkompli tittratta l-figura umana. Din id-darba l-attenzjoni waqgħet aktar fuq il-wiċċ: manuskritt ta’ emozzjonijiet u reazzjonijiet f’waqtiet spontanji u f’oħrajn maħsuba.
Għalhekk il-wiċċ isir sit ta’ ġeroglìfiċi umani fix-xogħlijiet taż-żewġ artisti li kattru u żviluppaw l-interess fis-sura u l-wiċċ uman matul is-snin tagħhom ta’ studju u ivvjaġġar u l-esperjenzi li ġabu magħhom.
Iż-żewġ artisti ilhom jafu lil xulxin għal numru ta’ snin u dejjem urew imħabba għall-arti. Francesco iggradwa mill-Akkademja tal-Belle Arti f’Ruma fejn iffoka fuq pittura. Jesmond studja l-Istorja ta’ l-Arti fl-Università ta’ Malta u wara għex u studja l-Italja. Iggradwa mill-Akkademja tal-Belle Arti ta’ Carrara fejn ta attenzjoni partikulari lill-iskultura.
Il-wirja miftuħa għall-pubbliku mid-29 ta’ Marzu sa l-4 ta’ Mejju u tittella’ fis-Sala ta’ l-Arti Kontemporanja fil-Muzew ta’ l-Arti, il-Belt.


19-il edizzjoni tal-BJ’s Music Marathon

Din is-sena Camilleri Wines qed jerġgħu jorbtu isimhom mad-19-il edizzjoni tal-maratona tal-mużika ta’ BJ’s li tibda għada. Bħal fi snin ta’ qabel, il-BJ’s Music Marathon 2008 se tkun b’riżq WOW - Wishing Others Well, proġett immexxi mill-Millennium Chapel f’Paceville. Bl-edizzjoni ta’ din is-sena, BJ’s Night Club se jfittex li jaqbeż il-figura ta’ €279,000 li nġabret matul l-edizzjonijiet kollha tal-maratona.
Għadd ta’ bands ewlenin diġà ikkonfermaw sehemhom fosthom Salt, Fakawi, Fire, Drive, The Myth, Carrie, Metrokween, White Crimson, Explicit, The Blues Band, The Quaks u għadd ta’ mużiċisti oħra fosthom Godwin Lucas, Harry Edelston u Nadine Axisa, Paul Giordmaina u ħafna oħrajn.
Etienne Mallia, Eżekuttiv tal-Marketing ta’ Camilleri Wines, qal: “Wara s-suċċess u l-feedback pożittiv mis-sehem tagħna waqt l-edizzjoni tas-sentejn li għaddew, din is-sena erġajna għażilna li ngħinu f’din l-attività għall-karità bil-preżenza ta’ l-inbejjed tagħna Palatino.”
Philip Fenech, sid BJ’s, qal kif il-maratona hi ferm iżjed minn attività ta’ darba f’sena. “Il-BJ’s Music Marathon illum saret tista’ tgħid istituzzjoni li matul is-snin baqgħet tikber biex stabilixxiet ruħha bħala avveniment mużikali ewlieni fil-gżejjer Maltin.
“Il-maratona hi avveniment mużikali maħsub biex jippromwovi l-kunċett ta’ mużika live bħala forma ta’ divertiment li baqgħet tiġbed lejha udjenzi differenti matul is-sena kollha. Barra minn hekk qed ngħinu kawża ta’ benefiċenza.”
Fenech żied “l-aspett uniku tal-BJ’s Music Marathon hu l-fatt li din l-attività jirnexxilha tlaqqa’ flimkien l-istili kollha ta’ mużika taħt saqaf wieħed, ħafna drabi bi stil mill-iżjed improvizzat. Ħafna mużiċisti jiltaqgħu f’dan il-post b’mod regolari u jimprovizzaw sessjonijiet mużikali li r-riżultat tagħhom hu esperjenza mużikali mill-isbaħ li titgawda minn dawk kollha li jkunu hawnhekk.”
Il-BJ’s Music Marathon 2007 tiftaħ fil-5pm b’għadd ta’ mużiċisti magħżula apposta għall-ftuħ. Mużiċisti li jixtiequ jieħdu sehem iċemplu lil Philip Fenech fuq 99493534 jew 21377642 (wara l-10pm).
Donazzjonijiet b’riżq WOW jistgħu isiru permezz ta’ SMS fuq 50618087 (€4.66/ Lm2), 50618930 (€6.99/ Lm3) jew 50619223 (€11.65/ Lm5).

 

Ebba von Fersen Balzan
Kienet l-aħjar ħabiba li qatt ħadd seta’ jkollu – Jeni Caruana

Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta


Intervista

It-tbatija, il-ħelsien u l-ħajja

Sabrina Agius tintervista lil Patri Hilary Tagliaferro


Editorijal
Politika tal-ħabi


Il Punt
X’mar ħazin għall-AD?
Michael Briguglio



Emmanuel Micallef
Ir-rebħa b’sintomi ta’ telfa!


Carmelo Mifsud Bonnici

Poplu mimli enerġija



X'kien Jgħid
Vixxri



Wenzu Mintoff

L-Irxoxt li ma ħariġx
Ħames snin ilu kont għamilt speċi ta’ mħatra jew wegħda, għidilha li trid, li jekk il-Partit jirbaħ l-elezzjoni mmur nerfa’ fl-Irxoxt ta’ Bormla. Żgur mhux fil-ġirja imma anki b’nifsi maqtugħ, fit-telgħa tat-Triq l-Oratorju fejn konna noqogħdu.


Download the front page of ILLUM in PDF format




 

 

 


 

 

Copyright © MediaToday Co. Ltd, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN SGN 9016 Malta, Europe Tel. ++356 21382741, Fax: ++356 21385075
Managing Editor - Saviour Balzan