Ittri | 23 ta’ Marzu 2008 Nr 73
Minn Angele Deguara,
Moviment Graffitti,
Valletta
Wara r-riżultat ta’ l-elezzjoni ġenerali l-Moviment Graffitti qed iressaq xi riflessjonijiet.
Jidher biċ-ċar li s-sistema elettorali preżenti tiffavorixxi ħafna lill-partiti l-kbar. Dan għaliex partit jista’ biss itella’ siġġu jekk ikollu ammont ta’ voti fuq kandidat partikulari
fid-distrett li jkun ikkontesta.
Nemmnu li għandu jkun hemm sistema li fiha jekk partit iġib persentaġġ ta’ voti fuq livell nazzjonali jkollu siġġu fil-parlament. Is-sistema preżenti qed iżżomm ħafna nies milli jivvutaw għal partit żgħir għax jaħsbu li se jaħlu l-vot. Huwa fl-ispirtu
tad-demokrazija li
fil-Parlament ikun hemm rappreżentanza kemm jista’ jkun wiesgħa u mhux monoplju ta’ żewġ partiti.
Ir-riżultat ta’ l-elezzjoni wera wkoll kemm
il-liġi elettorali għandha bżonn terġa’ tiġi reveduta. Dan għaliex filwaqt li partit żgħir li ġab numru sostanzjali ta’ voti fuq livell nazzjonali mhux rappreżentat fil-Parlament, tliet kandidati Nazzjonalisti li ma ġewx eletti mill-poplu, sabu posthom fil-Parlament minħabba li kien jinħtieġ numru akbar ta’ siġġijiet biex ikun jista’ jiggverna l-Partit Nazzjonalista.
Dan ma jirriflettix demokrazija imma s-saħħa li għandhom il-partiti l-kbar li jridu jżommu l-poter f’idejhom biss filwaqt li jinjoraw ir-rieda ta’ parti mill-popolazzjoni li vvutat biex tispiċċa din il-polarizzazzjoni politika f’pajjiżna.
Il-Partit Nazzjonalista jrid iżomm f’moħħu li rebaħ b’marġini żgħir ħafna u li ma ġabx il-maġġoranza assoluta. Naħsbu li dan ir-riżultat għandu jkun ta’ influwenza fil-mod kif jitmexxa l-pajjiż. Dan ifiser li hemm bżonn attitudni aktar miftuħa għall-konsultazzjoni li twassal għal politika li fuqha jkun hemm qbil kemm jista’ jkun wiesgħa.
Il-Moviment Graffitti qed jerġa’ jtenni l-proposti li kien għadda lill-partiti politiċi qabel l-elezzjoni u x-xewqa tiegħu li dawn jiġu ikkunsidrati fil-leġislatura li jmiss. Dawn kienu jinkludu proposti għal aktar ħarsien ta’ l-ambjent, għal aktar drittijiet ċivili, għal politika favur il-paċi u għal sistema ekonomika aktar ġusta fejn il-profitt ma jiġix l-ewwel u qabel kollox. |
|
Il-ħbieb ta’ Ebba von Fersen Balzan, l-artista Ġermaniża li ħabbet lil Malta fil-pittura tagħha, jagħtuha l-aħħar tislima. FRANICA PULIS tirrapporta
Sabrina Agius tintervista lil Patri Hilary Tagliaferro
Editorijal

Il Punt
Michael Briguglio

Emmanuel Micallef

Carmelo Mifsud Bonnici

X'kien Jgħid

|
|

Download the front page of ILLUM in PDF format



|